Il-Vici Prim Ministru jiltaqa' mas-Segretarju ta' l-Istat fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin Germaniz
Il-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin il-Professur Guido de Marco illum kellu laqgha ma' Hans Friedrich von Ploetz, Segretarju ta' l-Istat fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin Germaniz.
Matul dan il-laqgha, il-Ministru Malti u s-Segretarju ta' l-Istat Germaniz, iddiskutew fid-dettal ir-rapport pozittiv li ghadha kemm harget il-Kummissjoni Ewropea dwar Malta, u li aktar tard ghandu jitressaq ghall-approvazzjoni tal-General Affairs Council. Is-Segretarju ta' l-Istat Germaniz enfasizza wkoll l-appogg kontinwu tal-Gvern tieghu fil-kuntest tal-Presidenza Germaniza ta' l-Unjoni Ewropea.
Iz-zewg Ministri ddiskutew il-Forum Mediterranju, li ghadu kemm iltaqa' f'Malta ftit tal-jiem ilu. Il-konkluzjonijiet ta' din il-laqgha gew diskussi fid-dettal. Is-Segretarju ta' l-Istat qal illi din il-laqgha kienet importanti in vista tal-Euro Mediterranean Conference li sejra ssir fi Stuttgart, f'April ta' din is-sena.
Il-Vici Prim Ministru Malti tkellem fid-dettal dwar is-sitwazzjoni fir-regjun tal-Mediterran u fil-Lvant Nofsani.
Aktar tard il-Vici Prim Ministru ltaqa' wkoll ma' l-oghla ufficjali tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin Germaniz. Matul din il-laqgha gew diskussi materji relatati mal-Presidenza Germaniza ta' l-Unjoni Ewropea. It-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea gie diskuss ukoll fid-dettal.
Intant il-bierah il-Vici Prim Ministru gie milqugh minn Wolfgang Schauble, il-Kap ta' l-Oppozizzjoni fil-Parlament Germaniz u President tas-CDU.
Il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, il-Prof. Guido de Marco, li huwa akkumpanjat mill-Ambaxxatur Charles J. Aquilina, mis-Sur Saviour Falzon u mis-Sur David Casa, jasal lura Malta llum tard bil-lejl.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN