Left arrow Go Back

Il-Vici Prim Ministru jiltaqa' mas-Segretarju ta' l-Istat fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin Germaniz

PR0359
Date Icon 10/03/1999

Il-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin il-Professur Guido de Marco illum kellu laqgha ma' Hans Friedrich von Ploetz, Segretarju ta' l-Istat fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin Germaniz.

Matul dan il-laqgha, il-Ministru Malti u s-Segretarju ta' l-Istat Germaniz, iddiskutew fid-dettal ir-rapport pozittiv li ghadha kemm harget il-Kummissjoni Ewropea dwar Malta, u li aktar tard ghandu jitressaq ghall-approvazzjoni tal-General Affairs Council. Is-Segretarju ta' l-Istat Germaniz enfasizza wkoll l-appogg kontinwu tal-Gvern tieghu fil-kuntest tal-Presidenza Germaniza ta' l-Unjoni Ewropea.

Iz-zewg Ministri ddiskutew il-Forum Mediterranju, li ghadu kemm iltaqa' f'Malta ftit tal-jiem ilu. Il-konkluzjonijiet ta' din il-laqgha gew diskussi fid-dettal. Is-Segretarju ta' l-Istat qal illi din il-laqgha kienet importanti in vista tal-Euro Mediterranean Conference li sejra ssir fi Stuttgart, f'April ta' din is-sena.

Il-Vici Prim Ministru Malti tkellem fid-dettal dwar is-sitwazzjoni fir-regjun tal-Mediterran u fil-Lvant Nofsani.

Aktar tard il-Vici Prim Ministru ltaqa' wkoll ma' l-oghla ufficjali tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin Germaniz. Matul din il-laqgha gew diskussi materji relatati mal-Presidenza Germaniza ta' l-Unjoni Ewropea. It-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea gie diskuss ukoll fid-dettal.

Intant il-bierah il-Vici Prim Ministru gie milqugh minn Wolfgang Schauble, il-Kap ta' l-Oppozizzjoni fil-Parlament Germaniz u President tas-CDU.

Il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, il-Prof. Guido de Marco, li huwa akkumpanjat mill-Ambaxxatur Charles J. Aquilina, mis-Sur Saviour Falzon u mis-Sur David Casa, jasal lura Malta llum tard bil-lejl.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow