Left arrow Go Back

Il-Kunsilli Lokali ta' Hal Safi u Santa Lucia se jibdew jamministraw proprjeta' pubblika

PR0355
Date Icon 10/03/1999

Is-Segretarju Parlamentari fl-Ufficju tal-Prim Ministru, Dr. Austin Gatt, dal-ghodu ppresieda waqt l-iffirmar ta' kuntratt li permezz tieghu l-Kunsilli Lokali ta' Safi u Santa Lucija se jibdew jamministraw art pubblika fil-lokalit'? taghhom.

Dr. Gatt qal li wara li l-gimgha l-ohra kienet mnieda l-policy tal-Gvern dwar id-devoluzzjoni lokali, illum kienet l-ewwel okkazjoni fejn iz-zewg Kunsilli Lokali koncernati accettaw li jiehdu fuqhom din ir-responsabbilit'?.

Il-Kunsill Lokali Safi inghata b'kera l-Gnien "Sir Alexander Ball" filwaqt li l-Kunsill Lokali Santa Lucija inghata b'kera il-Gnien Ciniz "Gnien is-Serenit'?". Permezz ta' dan il-ftehim, il-Kunsill mhux biss se jkun strumentali biex jiehu hsieb art pubblika, izda wkoll ghaliex se tinholoq possibilit'? li, ghall-ewwel darba, il-Kunsill ikollu dhul finanzjarju indipendenti mill-Budget. Permezz ta' emenda fil-ligi, dig'? approvata mill-Kabinett, fil-futur qrib, il-Kunsilli se jkunu jistghu wkoll jinvolvu interessi privati f'dawn il-progetti, dejjem wara li jinhargu tenders.

"B'din il-politika li qed nsejjhu ‘devoluzzjoni lokali' se nkomplu nsahhu l-process ta' devoluzzjoni ta' aktar poteri minn ghand il-Gvern Centrali lejn il-Gvernijiet Lokali," temm jghid Dr. Gatt.

Huwa rringrazzja lill-Ministru ta' l-Intern Dr. Tonio Borg - li kien prezenti ghal din ic-cerimonja ta' l-iffirmar - ghax huwa kien strumentali sabiex dan il-pass ikun konkluz u l-politika tal-Gvern favur il-Kunsilli Lokali taghmel pass iehor fit-twettiq taghha.

Il-kuntratti kienu iffirmati mis-Sindku, is-Sur Pietru Pawl Busuttil u s-Segretarju, is-Sur J.R. Cutajar, tal-Kunsill Lokali Safi u mis-Sindku, is-Sur Frederick Cutajar u s-Segretarju, is-Sur Mario Tabone, tal-Kunsill Lokali Santa Lucija; filwaqt li ghan-naha tad-Dipartiment tal-Estates Management iffirma l-Agent Direttur, is-Sur A.V. Mamo. Prezenti ghal din ic-cerimonja kien hemm ukoll is-Segretarju Permanenti ghall-Gustizzja u Kunsilli Lokali fl-Ufficcju tal-Prim Ministru, is-Sur Godfrey Demarco, u d-Direttur tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, is-Sur Victor J. Rizzo.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow