321 Health Assistants se jigu appuntati Nursing Aides
Il-Ministru tas-Sahha, Louis Deguara, illum iffirma rakkomandazzjoni biex 321 Health Assistant jigu appuntati fil-grad ta' Nursing Aide.
Dan il-pass kien possibbli wara ftheim li kien intlahaq bejn ir-rapprezentanti tal-haddiema u l-Gvern Nazzjonalista precedenti fl-1993.
Permezz ta' dan il-ftheim, il-haddiema fil-grad ta' Health Assistant ghamlu perjodu ta' tahrig biex jikkwalifikaw ghal dan il-grad gdid. Il-korsijiet intemmu kollha f'Dicembru li ghadda u llum intbaghtet r-rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni ghas-Servizz Pubbliku biex dawn l-impjegati jkunu appuntati bhala Nursing Aides.
Bis-sahha ta' l-istess ftehim milhuq fl-1993, hafna minn dawn l-impjegati ser jigu appuntati fi skala 13 tas-Servizz Pubbliku, b'effett mill-1 ta' Jannar ta' l-1991.
Illum, ukoll, bdew jittiehdu passi biex jimtlew sebghin post vakanti ta' Senior House Officers. Ghal dan il-ghan, id-Dipartiment tas-Sahha beda l-process biex jibdew jintlaqghu applikazzjonijet biex jimtlew dawn il-postijiet fis-settur tas-sahha.
Permezz ta' dan il-pass, ladarba jimtlew dawn il-postijiet, dawn it-tobba jkunu jistghu jitqassmu kemm fl-isptarijiet, kif ukoll fic-Centri tas-Sahha.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN