Left arrow Go Back

Qtugh fil-provvista ta' l-Elettriku fil-Kalkara

PR0339
Date Icon 08/03/1999

Il-Korporazzjoni Enemalta tgharraf illi l-bierah filghaxija kien hemm qtugh fil-provvista ta' l-elettriku fir-Ricasoli, fir-Rinella, fil-qasam tal-bini tal-Gvern u partijiet mill-Kalkara. Dan il-qtugh kien rizultat ta' hsara fuq circuit breaker li jinsab f'sub-station fil-Kalkara.

Din il-hsara fuq dan ic-circuit breaker kienet titlob li l-linji u l-cables tas-sistema tal-vultagg gholi jigu ttestjati wiehed wiehed u ghalhekk ma kienx possibbli li l-provvista tinghata qabel. Il-Korporazzjoni Enemalta tgharraf li l-provvista ta' l-elettriku regghet lura ghan-normal fit-3.00 p.m.

Sadanittant, kmieni llum fit-8.50 a.m., kuntrattur privat li kien qed jaghmel xi xoghol bejn il-Marsa u l-Hamrun, laqat u kkawza hsara fuq cable tas-sistema tal-vultagg gholi ta' l-Enemalta. Bhala rizultat ta' dan, kien hemm qtugh fil-provvista ta' l-elettriku f'partijiet mill-Hamrun, partijiet mill-Marsa u partijiet minn Hal Qormi.

Immedjatament ttiehdu passi biex il-provvista ta' l-elettriku terga' tkun pprovduta kemm jista' jkun malajr. Fil-fatt, il-provvista ta' l-elettriku f'dawn l-inhawi giet ghan-normal fis-1.25 p.m.

It-tiswijiet fuq il-cable milqut ghad iridu jsiru u huwa mahsub li jitlestew aktar tard illum stess.

Il-Korporazzjoni Enemalta ghamlet rapport lill-pulizija dwar dan il-kaz u bi hsiebha tiehu l-passi kollha necessarji kontra l-kuntrattur li kkawza l-hsara fuq il-cable tad-dawl.

Il-Korporazzjoni Enemalta tiskuza ruhha mal-konsumaturi ghal kull inkonvenjent kagunat minn dawn il-qtugh fil-provvista ta' l-elettriku.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow