Il-Ministeru ghall-Agrikoltura u Sajd ghandhu fiducja fil-bdiewa u s-sajjieda Maltin li kapaci jqumu ghall-isfidi ta' shubija fl-Ewropa
Il-bdiewa, ir-rahhala u s-sajjieda m'ghandhomx ghal x'hiex jibzghu mis-shubija ta' pajjizna fl-Unjoni Ewropea. Il-poplu issa dara' id-diska tal-Kap ta' l-Oppozizzjoni u r-ripetizzjonijiet huma inutli, ghaliex ripetizzjoni wahedha mhu se jkollha l-ebda impatt fuq il-forza li ggorr maghha l-verit'?.
Dan qalu l-Ministru ghall-Agrikoltura u Sajd, il-Perit Ninu Zammit, b'referenza ghal hafna stqarrijiet mahruga mill-Onor. Alfred Sant u shabu. Ninu Zammit enfasiżża li issa anki l-'urnal tal-Partit Soċjalista l-Kull'?add mhux qed jaqbel mal-Kap ta' l-Oppożiżżjoni, u l-istess gurnal qed jikkonferma kemm Alfred Sant jinsab waħdu f'dan ir-rigward, tant li l-istess 'urnal (07.03.99) stqarr li:
- tajjeb li wieħed isemmi li din il-proposta (budget tal-Unjoni Ewropeja għas-snin 2000-2006)tinkludi żieda fil-fondi tal-CAP ta' 6.4 biljun Euros li 3.6 biljun Euros minnhom (1.6 BILJUN LIRI MALTIN) HUMA SPEĊIFIKAMENT '?AJNUNA '?ALL-PAJJIŻI LI QED JAPPLIKAW '?AL S'?UBIJA FOSTHOM MALTA.
Il-Perit Ninu Żammit kompla li dan huwa kważi kelma b'kelma dak li ppropona l-Gvern fil-programm elettorali ta' l-aħħar elezzjoni 'enerali fir-rigward tal-Biedja u Sajd, liema programm il-poplu approva b'ma''oranza kbira u assoluta.
Il-Ministru Ninu Żammit re'a' fakkar li kuntrarjament għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, il-Partit immexxi mill-Onor. Alfred Sant kien qed jipproponi t-twaqqif ta' Żona ta' Kummerċ '?ieles. Il-poplu jiftakar ukoll l-istqarrija ta' l-Onor. Alfred Sant tad-29 ta' April 1998, liema stqarrija għamlita ċara li b'Żona ta' Kummerċ '?ieles kienu ser jispiċċaw il-protezzjonijiet kollha fir-rigward tal-industriji tal-biedja, tal-ħalib, tal-laħam, tal-majjal eċċ. Effettivament dan kien ifisser diffikultajiet kbar u insormontabbli ghall-biedja fil-pajjiz.
Ninu Żammit temm jgħid li l-lum il-bdiewa u s-sajjieda, kif ukoll il-'urnal Kull'?add, jaqblu li BI S'?UBIJA FL-UNJONI EWROPEJA ji'u garantiti provvisti ta' prodotti bnini, flimkien u f'bilanċ ma' dhul xieraq għall-istess operaturi u dan kollu b'mod li jħalli impatt posittiv fuq l-ambjent.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN