Left arrow Go Back

Ftehim dwar l-Amministrazzjoni ta' Libreriji Pubblici

PR0334
Date Icon 08/03/1999

Is-Segretarju Parlamentari fl-Ufficju tal-Prim Ministru Dr. Austin Gatt dal-ghodu ppresieda waqt l-iffirmar ta' ftehim li permezz tieghu l-Kunsilli Lokali se jkunu jistghu jidhlu bhala shab fl-amministrazzjoni ta' libreriji pubblici flimkien mad-Dipartiment tal-Libreriji Pubblici.

Dr. Gatt qal li dan il-Model Agreement bejn l-Assocazzjoni tal-Kunsilli Lokali u d-Dipartiment tal-Libreriji Pubblici huwa okkazjoni ohra fejn il-Gvern – bil-fatti – qed juri fiducja fil-Kunsilli Lokali u fil-mod kif wettqu d-doveri taghhom, sa minn meta twaqqfu aktar minn hames snin ilu.

"Ghal darb'ohra, il-Gvern qed jaghmilha possibbli ghal Kunsilli Lokali sabiex ikunu f'qaghda li jistghu jwettqu aktar hidma fil-lokalit'?, din id-darba fuq livell socjali u edukattiv, fl-amministrazzjoni ta' libreriji pubblici," sostna Dr. Gatt.

Huwa rringrazzja lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni Dr. Louis Galea, li kien prezenti ghal din ic-cerimonja ta' l-iffirmar, li kien strumentali sabiex dan il-ftehim ikun konkluz u li bih il-politika tal-Gvern favur il-Kunsilli Lokali taghmel pass iehor fit-twettiq taghha.

Il-Model Agreement kien iffirmat mill-President ta' l-Assocazzjoni tal-Kunsilli Lokali, Dr. Ian Micallef u kif ukoll mid-Direttur tad-Dipartiment tal-Libreriji Pubblici u Arkivji, is-Sur Philip Borg. Prezenti ghal din ic-cerimonja kien hemm ukoll is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, is-Sur Frederick Fearne, is-Segretarju Permanenti ghall-Gustizzja u Kunsilli Lokali fl-Ufficcju tal-Prim Ministru, is-Sur Godfrey Demarco, id-Direttur tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, is-Sur Victor J. Rizzo u l-Vici-President tal-Assocazzjoni tal-Kunsilli Lokali, is-Sur Joe Borg.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow