Zjara ta' kortesija minn rapprezentanti tat-Teatru Bolshoi
Id-Direttur Artistiku tat-Teatru Bolshoi ta' Moska, Vladimir Vasiliev, u l-Kap tad-Dipartiment għall-Affarijiet Internazzjonali tat-Teatru, Roman Muradov, għamlu żjara ta' kortesija lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Dr Louis Galea, biex jiddiskutu miegħu possibbiltajiet ta' kollaborazzjoni bejn it-Teatru Bolshoi u l-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.
Il-Ministru Galea fisser ix-xewqa li ji'u żviluppati l-kuntatti bejn it-Teatru Bolshoi u l-qasam artistiku Malti, u b'hekk ikunu jistgħu jitkabbru t-talenti di''? eżistenti fil-qasam tad-danza f'pajjiżna. Il-Ministru qal li l-Gvern kien japprezza dak li l-iskejjel tad-danza kienu qegħdin jagħmlu u xtaq ifittex kull triq biex ix-xogħol tagħhom jirċievi għarfien barra minn Malta.
Waqt il-laqgħa, il-Ministru u s-Sur Vladimir Vasiliev iddiskutew il-possibbilt'? li t-Teatru Bolshoi jagħti spettaklu f'Malta aktar tard din is-sena. Il-Ministru talab liż-żew' rappreżentanti Russi biex, fi tmiem il-laqgħat tagħhom f'Malta, jinfurmaw lill-Ministeru liema programmi setgħu ji'u organizzati u x'setgħet kienet l-ispiża meħtie'a. Il-Ministru qal li kull ftehim li seta' jsir mat-Teatru Bolshoi kellu jkun ċar u kellu jkun marbut mal-mi'ja f'Malta ta' l-aħjar elementi tat-Teatru.
Waqt iż-żjara tagħhom f'Malta, ir-rappreżentanti tat-Teatru Bolshoi żaru t-teatri ewlenin u xi skejjel tad-danza biex jistabbilixxu liema rappreżentazzjonijiet jistgħu effettivament isiru f'pajjiżna.
Is-Sinjuri Vasiliev u Muradov kienu akkumpanjati mill-Ambaxxatur Russu f'Malta, l-E.T. Victor Isakov. Attendew għal-laqgħa wkoll is-Sur Richard Muscat, konsulent fil-Ministeru, is-Sur J.J. Mifsud, Direttur tal-Kultura, u s-Sur Albert Callus, Assistent Segretarju Privat tal-Ministru.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN