Left arrow Mur Lura

L-ispejjez zejda fuq in-negozju ghandhom jorhsu

PR0320
Date Icon 05/03/1999

F'laqgha' li kellu ma' grupp ta' Self Employed u Industrijalisti zghar, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici Edwin Vassallo rrimarka b'sodisfazjon li r-risposti ghal madwar 1,500 kwestjonarju li nbghatu lin-negozjanti dwar l-ispejjez tas-servizzi tal-banek bdew dehlin b'rata mghaggla. Min-naha tieghu, is-Sur Vassallo wieghed li ser ikompli bid-diskussjonijiet mas-setturi kollha nvoluti fil-qasam tan-negozju sabiex jigu identifikati dawk l-ispejjez zejda li qeghdin jaghfsu fuq in-negozjanti.

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo habbar li l-gimgha d-diehla ser ikollu laqghat mal-Banek Kummercjali biex ikomplu jittrattaw is-sitwazzjoni finanzjarja prezenti tan-negozji taghna. Huwa awgura li bis-sens komun u b'rieda tajba, il-piz ta' l-ispejjez tas-servizzi u l-interessi fuq self tal-banek jonqos. B'tali mod li jkollna l-incentivi mehtiega biex naraw in-negozji taghna jergghu jibdew jiehdu l-efficjenza mehtiega mis-servizz bankarju taghna u hekk infiequ mill-istagnar li kellna f'dawn l-ahhar sentejn kemm jista jkun malajr.

Fil-gimghat li gejjin hu mahsub li jkunu organizzati laqghat pubblici fejn is-settur bankarjaru jiltaqa' biex jiddiskuti s-servizz li qed jinghata mill-banek u dan bil-hsieb li jinghataw proposti prattici lill-banek dwar kif jista' jkun li nilhqu aktar efficjenza f'dawn is-servizzi finanzjarji.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow