Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea jinawgura wirja dwar il-hajja ta' Patri Wistin Born
Illum il-Gimgha l-5 ta' Marzu, 1999, kien jum storiku ghall-iskola primarja tal-Kalkara, ghaliex inghatat l-isem u ser tibda tigi maghrufa bhala Skola Primarja Patri Wistin Born, Kalkara. Patri Wistin Born zgur huwa maghruf ma kull min ghandu ghal qalbu l-Letteratura Maltija l-aktar ghar-rumanz maghruf li studjawh eluf ta' studenti Maltin "Is-Salib tal-Fidda".
L-Onorevoli Dr. Louis Galea, Ministru ta' l-Edukazzjoni, kixef lapida kommemorattiva u fetah ufficjalment wirja dwar il-hajja ta' dan il-patri Dumnikan.
Qabel din ic-cerimonja qasira, sar diskors minn James Debono, tifel ta Year 3, li wieghed, f'isem shabu, li jghozz l-Ilsien Malti u jgholli l-isem ta' l-iskola.
Wara ttella` programm ghall-okkazjoni ta' Jum il-Premjazzjoni fis-sala ta' l-iskola. Tkanta ghall-ewwel darba l-Innu ta' l-Iskola fuq versi u muzika tas-Sinjura Jaqueline Dimech, ghalliema ta' Year 5. Id-dramm "Is-Salib tal-Fidda", addattat ghall-okkazjoni mis-Sinjorina Alexandra Vella, ghalliema tad-drama, ghalaq din ic-cerimonja.
Fid-diskors taghha il-Kap ta' l-Iskola, s-Sinjorina Lydia Chetchuti, ferhet lil dawk kollha li taw sehem, sew ghalliema, sew studenti u sew genituri sabiex din l-attivita` tkun success.u awgurat illi l-ispirtu ta' teamwork tkompli ghall-avvanz ta' l-istess skola.
Il-Ministru Galea ferah lill dawk kollha li hadmu bis-shih sabiex din l-attivita` tkun success u sostna li huma attivitajiet bhal dawn li jghinu sabiex it-tfal taghna jkollhom edukazzjoni kompleta li tlesti t-tfal taghna ghall-opportunitajiet l u l-isfidi tal-millenju l-gdid.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN