Arrangamenti biex pazjenti fl-Isptarijiet jivvotaw fl-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali tat-13 ta' Marzu 1999
Id-Dipartiment tas-Sahha jgharraf li saru dawn l-arrangamenti li gejjin sabiex il-votazzjoni minn pazjenti fi sptarijiet tal-Gvern timxi bl-ordni:
It-tabib konsulent inkarigat mis-sala fl-isptar fejn ikun il-pazjent jindika fl-istorja ta' kull pazjent jekk il-pazjent jistax johrog mill-isptar biex jivvota u, jekk iva, hux mehtieg li johrog b'ambulanza jew b'xi mezz iehor ta' trasport.
Il-pazjenti jkollhom l-ghazla li jinqdew bis-servizzi li ser joffri d-Dipartiment sabiex jaslu sal-post tal-votazzjoni u lura, jew inkella jaghmlu arrangamenti ma' dawk li jigu minnhom biex iwassluhom sal-post tal-votazzjoni u lura lejn l-isptar.
F'kaz ta' pazjenti li ser iwassluhom qrabathom, ikun mehtieg li dawn l-istess qraba jitolbu permess bil-miktub minn qabel lill-Aministratur Mediku ta' l-isptar li fih hu rikoverat il-pazjent li jigi minnhom. F'jum il-votazzjoni dan il-permess irid jintwera lill-ufficjal inkarigat mis-sala fejn jinstab il-pazjent u, qabel, lis-security officer biex ikollu access ghall-isptar.
Fil-kaz ta' pazjenti li johorgu biex jivvutaw kontra l-parir tat-tabib konsulent jew li ma jehdux il-parir tieghu rigward il-mezz tat-trasport, ikun mehtieg li l-pazjent jiffirma dikjarazzjoni li ghazel li jaghmel hekk fuq responsabbilita' tieghu nnifsu. Jekk jaghmel hekk ikun jista' jmur b'liema mezz jaghzel.
Il-pa\jenti huma mfakkra li biex jo]or[u jivvutaw g]andu jkollhom f'idejhom id-Dokument tal-Votazzjoni. Qed isiru arran[amenti amministrattivi biex, pa\jenti li jixtiequ jafdaw id-Dokument tal-Votazzjoni f'idejn l-awtoritajiet ta' l-isptar, ikunu jistg]u jag]mlu dan filwaqt li ti[i garantita is-sigurta` ta' dawn id-dokumenti anke g]as-sodisfazzjon tal-Kummissjoni Elettorali.
Fil- jum tal- votazzjoni, is-servizzi tas-sahha fl-isptarijiet, out-patients u centri tas-Sahha ser ikomplu ghaddejjin bhas-soltu. Il-hin tal-vizitaturi wkoll ser jibqa' l-istess.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN