Progett ta' Hidma fil-Komunita' mill-ETC - Ghajnuna Reali lill-Kunsilli Lokali
Is-Segretarju Parlamentari fl-Ufficju tal-Prim Ministru Dr. Austin Gatt dal-ghodu habbar li l-Kunsilli Lokali se jkunu jistghu jwettqu aktar hidma fil-lokalita permezz ta' progett bejn id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali u l-Korporazzjoni ghax-Xoghol u Tahrig imsejjah "Progett ta' Hidma fil-Komunita". Huwa qal dan waqt zjara li saret fil-Kunsill Lokali Msida fejn din l-iskema kienet qed tithaddem fuq bazi pilota.
Dr. Gatt qal li permezz ta' din l-iskema, qed ikunu moqdija zewg funzjonijiet importanti: dik li nkomplu nghinu lill-Kunsilli Lokali jinghataw kull facilita sabiex iseddqu l-hidma taghhom favur il-gid tal-lokalita, filwaqt li persuni li qed jirregistraw ghax-xoghol jinghataw possibilita li jitharrgu f'diversi tipi ta' xoghol minghajr ma jitilfu l-beneficcji socjali li huma intitolati ghalihom.
"Fil-fatt dan il-progett inbeda fuq bazi sperimentali f'April tal-1996 u kellu l-ghan li wara li jithaddem f'numru ta' kunsilli lokali, isir ‘assessment' tieghu biex ikun jista' jitpogga fuq bazi permanenti. Sfortunatament il-progett kien abbandunat mill-amministrazzjoni precedenti li minflok dahhlet skema differenti fejn ippruvat tassenja haddiema tal-Gvern lill-Kunsilli Lokali - skema li ma kelliex wisq success," kompla Dr. Gatt.
Huwa stieden lill-Kunsilli Lokali interessati sabiex jinfurmaw lill-Korporazzjoni b'dan l-interess, sabiex kif dan il-progett hadem fi ftit kunsilli lokali li bdew iwettquh, jahdem ukoll f'numru akbar ta' kunsilli.
"B'din l-inizjattiva qed naghtu messagg iehor li d-devoluzzjoni ta' poteri lejn il-Kunsilli Lokali m'hijiex politika fuq il-karta imma realta li l-Gvern Centrali qed iwettaq sabiex dawn il-Kunsilli jsiru dejjem aktar Gvernijiet Lokali," temm jghid Dr. Gatt.
Ghal din iz-zjara fl-Imsida, attendew ukoll il-Ministru tal-Politika Socjali Dr. Lawrence Gonzi, c-Chief Executive tal-ETC, s-Sur Robert Laurenti ufficcjali mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali li kienu milqugha fl-Ufficcju tal-Kunsill mid-Deputat Sindku tal-Imsida s-Sur Reuben Sciberras.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN