Left arrow Mur Lura

Lm1.2 miljun ghal xoghlijiet ta' Embellishment ghal din is-sena

PR0307
Date Icon 04/03/1999

Għal matul din is-sena, il-Gvern qed jippjana li jonfoq madwar Lm1.2 miljun għal xogħlijiet ta' embellishment fi tliet inħawi l-aktar popolari f'Malta - Qawra/Bu'ibba, Marsaxlokk/Birżebbu'a/Marsaskala u tas-Sliema/Pembroke/ San Ġiljan.

Dan qalu l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech meta dalgħodu żar id-diversi xogħlijiet li qed isiru f'Birżebbu'a, Marsaxlokk u Marsaskala. Għal dawn it-tliet lokalitajiet, in-nefqa hi stmata li se tkun ta' aktar minn nofs miljun lira.

Filwaqt li semma li dawn il-pro'etti qed isiru bl-akbar koordinazzjoni mal-Kunsilli Lokali, il-Ministru Zammit Dimech qal li hi l-intenzjoni tal-Gvern li meta pro'etti bħal dawn jitlestew jgħaddihom lill-Kunsilli biex imexxuhom huma kif jidhrilhom li hu l-aħjar.

Il-Ministru għall-Ambjent żied li għal dan l-iskop se jressaq proposti konkreti kif dan jista' jsir.

Filwaqt li tenna li l-Ministeru għall-Ambjent hu dejjem lest li jgħin lill-Kunsilli Lokali f'inizjattivi bl-iskop li jitħares u jissebbaħ l-ambjent tal-lokalit'? li tkun, il-Ministru Zammit Dimech ħe''e' lill-Kunsilli biex jieħdu ħsieb u jindukraw il-pro'etti li jsiru ħalli jkunu jistgħu jibqgħu jitgawdew għal żmien twil. Hu qal li l-aktar ħa'a importanti f'dan ir-rigward hi l-manutenzjoni għax ladarba din tibqa' ssir fuq bażi regolari l-postijiet li jitran'aw jibqgħu fi stat tajjeb għal żmien twil.

Ix-xogħlijiet li qed isiru bħalissa huma dawn:

F'Birżebbu'a

Embellishment ta' Bajja is-Sabiħa, li jinkludi sistemi ta' passa''i fuq ir-ramel, post ta' rikreazzjoni, tined u tħawwil ta' si'ar. Dan ix-xogħol, li qed isir minn ħaddiema tal-Gvern, hu mistenni jitlesta sa l-aħħar ta' Mejju li 'ej.

Fl-inħawi ta' Għar Dalam qed isir post għall-ipparkjar tal-karrozzi. Il-pro'ett jinkludi sit li eventwalment ikun jista' jservi għal parke'' addizzjonali. Inbeda wkoll xogħol fuq post ta' parke'' fl-inħawi ta' Al Fresco. Dan il-pro'ett jinkludi wkoll il-bini mill-'did ta' faċilitajiet sanitarji.

Tkompla x-xogħol fuq il-'nien pubbliku f'Bajja San Ġor' billi kien stallat it-tagħmir kollu li jintuża għar-rikreazzjoni mit-tfal kif ukoll tqiegħed il-materjal ta' sigurezza biex it-tfal ma jwe''għux.

Għal Birżebbu'a qed ikunu ippjanati pro'etti oħra għall-futur biex diversi nħawi jingħataw dehra isbaħ u biex jinħolqu faċilitajiet li jistgħu jitgawdew mill-pubbliku.

Fost dawn wieħed jista' jsemmi l-bini ta' by pass biex jonqos il-volum ta' traffiku mill-inħawi ta' Triq il-Fossoli, il-kisi bit-tarmak ta' Triq San Ġor', il-bini ta' parke'' f'Wied il-Buni, ti'did ta' l-inħawi fejn illum hemm il-venda tal-karrozzi tal-linja, u embellishment tal-kosta fil-Qajjenza billi jsiru bankini 'odda, jitħawlu s-si'ar u jkunu stallati dwal u bankijiet 'odda. Hemm ukoll il-ħsieb li tkun żviluppata sistema ta' passa''i li tgħaqqad is-siti ta' importanza arkeolo'ika li jeżistu f'dawn l-inħawi, fosthom Bor' in-Nadur, Għar Dalam u fdalijiet oħra Rumani.

F'Marsaxlokk

Inbeda x-xogħol ta' pavimentar fl-inħawi ta' Hunters' Tower. Dan ix-xogħol qed isir minn ħaddiema tal-Gvern.

n Qed jinbena post 'did għall-Kooperattiva tas-Sajd, li mistenni jitlesta sa Mejju li 'ej.

Għal Marsaxlokk di''? tħejjew jew qed jitħejjew diversi pro'etti oħra. Dawn jinkludu l-pedestrinizzazzjoni tal-pjazza ta' quddiem il-knisja, l-upgrading ta' Xatt is-Sajjieda fejn illum jintrema l-monti, titjib fis-sistema tat-traffiku fl-inħawi tal-Kavallerezza, sit 'did għall-monti nhar ta' '?add.

F'Marsaskala

Beda x-xogħol ta' embellishment fl-inħawi madwar it-Torri ta' San Tumas u r-restawr ta' l-istess torri.

'?addiema tal-kumpannija Kalaxlokk bħalissa huma involuti f'xogħol ta' upgrading tal-promenade,tindif taż-Żonqor u tiswija ta' strutturi qrib il-baħar, fl-inħawi magħrufa bħala taż-Żonqor. Dan il-pro'ett hu ippjanat li jitlesta sa l-aħħar ta' Mejju.

F'dawn il-jiem se tinħare' sejħa għal offerti biex isiru dwal 'odda tul Żonqor Promenade, fl-inħawi ta' Grabiel u fi Ġnien San Tumas f'Marsaskala, kif ukoll f'Marsaxlokk u f'Birżebbu'a.

Fil-bidu tax-xahar id-dieħel mistenni jinbeda xogħol ta' embellishment fl-inħawi tal-Bajja ta' San Tumas. Fl-istess waqt qed jitħejjew pjanti għal żona ċentrali fl-istess bajja bl-iskop li titjieb is-sistema tat-traffiku, ikun hemm parke'' aktar organizzat u jinħolqu żoni ta' rikreazzjoni bil-faċilitajiet meħtie'a. Fl-istess waqt se tingħata attenzjoni lill-ħti'iet tas-sajjieda.

Fir-rigward ta' Marsaskala hemm diversi pro'etti oħra li qed jitħejjew u li għal uħud minnhom di''? saret applikazzjoni quddiem l-Awtorit'? ta' l-Ippjanar. Dawn jinkludu pro'ett biex tkun riżolta l-problema tal-għargħar. Dan jikkonsisti, fost l-oħrajn, fil-bini ta' lqugħ ieħor fl-inħawi magħrufa bħala Tal-Bidni, fl-estensjoni tal-kanal ta' l-ilma fi Triq Sant'Antnin u fil-bini ta' kanal ieħor għall-ilma fi Triq Sant'Anna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow