Il-Korporazzjoni Enemalta tirribatti akkuzi ta' inefficjenza mill-Kunsill Lokali ta' Santa Venera
Il-Kunsill Lokali ta' Sta. Venera l-bierah ghamel dikjarazzjonijiet f'sezzjonijiet tal-media lokali fejn semma li qed ikun hemm dewmien fil-bdil tal-lampi tat-toroq f'Santa Venera. Il-bierah stess il-Korporazzjoni Enemalta ikkuntattja lill-Kunsill Lokali ta' Sta. Venera biex tidentifika dawn il-lampi. Il-Kunsill irrefera ghal zewg bozoz fi Triq il-Parata, bozza fi Triq San Guzepp kantuniera ma' Triq l-Imsida, bozza tal-"pedestrian crossing" fi Triq il-Ferrovija, u bozza ohra fi Triq San Guzepp hdejn il-pompa tal-petrol.
Wara stharrig mill-Korporazzjoni Enemalta irrizulta li z-zewg bozoz ta' Triq il-Parata fil-fatt qed jahdmu. Il-manutenzjoni mehtiega saret fis-27 ta' Frar u fid-9 ta' Frar rispettivament. L-ahhar rapporti li rceviet il-Korporazzjoni Enemalta dwar il-bozza ta' Triq San Guzepp kantuniera ma' Triq l-Imsida, u dwar il-lampa tal-"pedestrian crossing" fi Triq il-Ferrovija waslu fl-24 ta' Frar. Dawn il-bozoz se jigu rrangati din il-gimgha stess.
Il-Korporazzjoni Enemalta sal-bierah, ma rceviet l-ebda rapport dwar bozza maqtugha fi Triq San Guzepp hdejn il-pompa tal-petrol. Madankollu din se tinbidel illum.
Meta wiehed janalizza dan kollu jikkonkludi li l-allegazzjonijiet tal-Kunsill m'humiex gustifikati. Ta' min izid li fi Frar, b'kollox il-Korporazzjoni Enemalta ghamlet xoghol ta' manutenzjoni fuq 36 bozza f'Sta. Venera.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN