Il-Gvern jistudja proposta li jaghmel uzu minn tobba privati
Il-Gvern qieghed jistudja proposta li saritlu biex fic-Centru tas-Sahha ta' B'Kara jaghmel uzu minn tobba li jahdmu ma kumpanija privata.
Dan qalu l-Ministru tas-Sahha l-Onor. Louis Deguara f'intervista fuq stazzjon tar-radju privat. Louis Deguara qal li d-Dipartiment tas-Sahha gie avvicinat minn kumpanija privata li offriet is-servizzi taghha biex thaddem tobba f'dan ic-centru. Hu tenna li din il-proposta qed tkun kunsidrata fid-dawl tal-weghda elettorali li jkun hemm koperazzjoni mas-settur privat.
Il-Ministru Deguara tenna li, kif kien imwieghed ukoll fil-programm elettoral li fuqu gie elett il-gvern prezenti, jekk ikun hemm progress fid-diskussjonijiet li qed isiru mall-kumpanija, ikunu kkonsultati l-unions kollha koncernati.
Jekk finalment ikun hemm qbil mil-partijiet kollha dwar l-operat ta' din il-kumpanija, c-centru tas-Sahha ta' B'Kara jkun jista' jopera tul il-gurnata, jigifieri mit-8:00am sa' t-8:00pm.
Nhar is-Sibt li gej, meta jiftah ic-Centru Civiku ta' B'Kara, id-Dipartiment tas-Sahha ser jibda joffri servizz ta' Berga, spizerija, podologija, fisioterapija u speech therapy.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN