Devoluzzjoni Lokali - aktar poteri lill-Kunsilli Lokali
Is-Segretarju Parlamentari fl-Ufficju tal-Prim Ministru Dr. Austin Gatt dal-ghodu habbar il-politika tal-Gvern li tirrigwarda devoluzzjoni lokali, i.e. li l-amministrazzjoni ta' proprjeta pubblika tghaddi f'idejn il-Kunsilli Lokali. Ghal dan il-ghan gew identifikati tlett kategoriji ta' tipi ta' proprjeta' pubblika li tista' tigi kkunsidrata. Din il-proprjeta' pubblika trid tkun:
(i) mitluqa u/jew mhix zviluppata;
(ii) uzata hazin jew li tista' tigi zviluppata ahjar; jew
(iii) b'xi mod relatata ma' xi funzjoni ta' Kunsill Lokali skond id-dispozizzjonijiet tas-subartikolu 33(1) ta' l-Att ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali.
Permezz ta' hekk, il-Kunsilli Lokali li jixtiequ jamministraw xi proprjeta pubblika fil-lokalita taghhom se jinghataw il-possibilita li jinfurmaw lid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali b'dan l-interess.
"Minhabba li ghadna fil-bidu tat-twettiq ta' din il-politika ma nixtiequx nghagglu, u ghalhekk, ghalissa, kull Kunsill Lokali se jkun mitlub jissottometti progett wiehed, u li dwaru jkun ghamel l-istudji kollha mehtiega kif se jkun indikat fid-dokument ta' l-applikazzjoni li se jintbaghat lil kull Kunsill Lokali." qal Dr. Gatt.
Huwa sostna li din hi opportunita tad-deheb ghall-Kunsilli Lokali ghaliex permezz taghha mhux biss il-Kunsill se jkun strumentali biex jiehu hsieb art pubblika, izda wkoll ghaliex se tinholoq possibilita li ghall-ewwel darba li l-Kunsill ikollu dhul finanzjarju indipendenti mill-‘Budget'.
Il-‘policy' qed tinsisti li mhux kull talba li se ssir se tkun awtomatikament milqugha izda l-kriterji se jkunu li t-talba trid iggib ‘il quddiem ‘il komunita u li taghmel sens finanzjarjament.
Permezz ta' emenda fil-ligi, diga approvata mill-Kabinett, il-Kunsilli se jkunu jistghu wkoll, jinvolvu interessi privati f'dawn il-progetti, dejjem wara li jinhargu tenders.
Huwa qal ukoll li kull applikazzjoni se tkun evalwata mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali u mid-Dipartiment ta' l-Estates Management ghar-rigward ta' vijabbilita finanzjarja, l-aspett komunitarju u kif ukoll id-disponibbilta' tal-proprjeta' li ghaliha tkun qed issir l-applikazzjoni, u jekk ikun approvat il-progett, il-proprejta tghaddi f'idejn il-Kunsill Lokali permezz ta' titolu legali.
Dr. Gatt rringrazzja wkoll lil Ministru tal-Intern Dr. Tonio Borg, li huwa responsabbli mid-Dipartiment tal-Artijiet li ghen fl-izvilupp ta' din id-devoluzzjoni.
"B'din il-politika li qed nsejjhu "devoluzzjoni lokali" se nkomplu nsahhu l-process ta' devoluzzjoni ta' aktar poteri minn ghand il-Gvern Centrali lejn il-Gvernijiet Lokali," temm jghid Dr. Gatt.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN