Il-Ministru Censu Galea jippresiedi l-ewwel laqgha dwar programm ta' restawr ta' toroq
Wara l-pubblikazzjoni tar-rapport ta' l-esperti Ġermaniżi mill-GTZ dwar il-kundizzjoni tat-toroq prinċipali u dawk distributorji, il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni Ċensu Galea, ippresieda l-ewwel minn sensiela ta' laqgħat, li d-Dipartiment tat-Toroq qiegħed ikollu ma' organizzazzjonijiet tal-Gvern, bil-għan li ji'i definit programm ta' restawrar ta' dawn it-toroq.
Uffiċjali għolja minn diversi entitajiet fosthom: il-Korporazzjoni Maltija Għall-Iżvilupp, il-Ministeru għat-Turiżmu, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, il-Korp tal-Pulizija, il-Bord għall-Kontrol tat-Traffiku, l-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku u tad-Dipartiment tat-Toroq attendew din il-laqgħa. Il-Prof. In'. H. Semar tal-GTZ, tkellem dwar l-istrate'ija u l-metodolo'ija li l-Ministeru għat-Trasport irid jaddotta fit-tfassil tal-programm ta' restawr.
Fil-laqgħat futuri ser ikun hemm ukoll l-involviment tal-MITTS, li ser tgħin fil-'bir ta' l-informazzjoni di'itali tal-programm, bil-ħsieb li din l-informazzjoni tkun "On-line" biex kull min ser ikun involut ikun jista' jippjana u jistabbilixxi l-prijoritajiet meħtie'a fix-xogħlijiet rispettivi ta' kull kunsill.
Fl-istess żmien bdiet ukoll inizzjattiva biex tin'abar informazzjoni dwar toroq mhux asfaltati fil-bliet u rħula ta' Malta. Din l-inizjattiva tinkludi wkoll il-'bir ta' informazzjoni fuq hti'iet dwar programmi ta' asfaltar mill-Kunsilli Lokali rispettivi u ser titmexxa bil-koperazzjoni ta' l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN