Left arrow Mur Lura

Il-Ministru Censu Galea jiltaqa' mal-Kunsill ta' San Pawl il-Bahar

PR0284
Date Icon 01/03/1999

Fl-laqgħa mall-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar u li kienet miftuħa għall-pubbliku, il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni, Ċensu Galea ħabbar li kien ser jingħata bidu għall-pro'ett ta' Triq San Pawl biex l-ewwel fażi minn tlieta titlesta sa mhux aktar tard minn Ġunju ta' din is-sena, biex ma jfixkilx l-ista'un turistiku fl-inħawi. Dan il-pro'ett jinvolvi medda ta' triq li tibda minn Triq Mosta u tibqa' sejra sal-Veċċa fi Triq San Pawl.

Dan qiegħed isir b'koordinazzjoni sħiħa ma' bosta entitajiet, bħal Korporazzjonijiet ta' Enemalta, Maltacom, Servizzi tal-Ilma, Dipartiment tad-Drena'' u Melita Cable, biex is-servizzi kollha ji'u mgħoddija fit-trinek qabel ma jsir ix-xogħol tal-bankini u asfaltar tat-triq. B'hekk ji'u ffrankati flus il-poplu u ji'i evitat kull inkonvenjent li triq ter'a' tinqala bla bżonn.

Pjanti tal-pro'ett 'ew esebiti mid-Direttur tad-Dipartiment tat-Toroq il-Perit Lino Zammit u mill-Perit tal-Kunsill Robert Sant.

Il-Ministru Ċensu Galea ħabbar ukoll li di'a' ħar'u t-Tenders biex jinbeda xogħol fi Triq Pwales.

Waqt il-laqgħa saru bosta interventi mill-pubbliku preżenti li 'ew mwie'ba mill-Ministru Ċensu Galea.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow