Left arrow Mur Lura

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, jiltaqa' mal-Kunsill Lokali u mal-komunita' kummercjali ta' San Gwann

PR0282
Date Icon 01/03/1999

Il-Gvern irid jizviluppa politika lokali kummercjali li tkun skond il-htiega ta' kull belt jew rahal.

Irrid infakkar li ftit snin ilu meta kienet tigi spjegata l-politika tal-Gvern dwar is-sussidjarita' u d-decentralizzazzjoni kien hemm min ma kienx jifhem dawn it-termini u kien jahseb li kien kliem fieraghtal-politiku. Illum il-gurnata qeghdin naraw dejjem aktar li din il-politika qieghda taghti l-frott u qieghda aktar ma jmur iz-zmien, tinfirex.

Hekk ukoll meta tissemma r-ristrutturazzjoni li ghandha ssir fil-kummerc, jista' jkun hemm min ma jifhimx, izda biz-zmien u bit-taghlim, il-bidliet mehtiega ser isehhu biex jissarfu f'aktar efficcjenza u servizz lejn il-konsumatur. Il-kultura ta' ‘jien jimpurtani mill-klijent tieghi' ghandha tkun l-ghajta li taghzel lin-negozjant Malti minn dak barrani, qal is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.

Il-process ta' devoluzzjoni tal-licenzji tal-kummerc lill-Kunsill Lokali ghandu jservi biex il-Kunsill Lokali jkun il-onestop shop ghall-kummercjant tal-lokal.

Qeghdin niflu processi u ntejbu proceduri fid-dipartimenti taghna biex in-neguzjant jinqeda ahjar bl-anqas inkonvenjenza possibbli. Fejn hemm bzonn isiru anke bidliet fil-ligijiet taghna sabiex nghinu n-negozju ikun aktar efficjenti.

Huwa kompla jghid li dan ghandu jwassal biex mal-Kunsilli Lokali nizviluppaw il-politika lokali kummercjali li ghandha tghin d'mod konkret biex jinstabu s-soluzzjonijiet mehtiega ghall-problemi li qed ihabbat wiccu maghhom is-settur tan-negozju hawn Malta. Il-Kunsill Lokali qieghed f'pozizzjoni biex joffri appogg f'dawn il-problemi u sitwazzjonijiet li jistghu jinqalghu ghaliex huwa l-ghodda adatta li permezz taghha jista' jkollna konsultazzjoni kontinwa mas-settur tan-negozju.

Negozju tajjeb se jfisser livell ahjar ta' ghejxien ghar-residenti. Ghalhekk il-Kunsill Lokali ghandu jara li l-izvilupp infrastrutturali jikkumplimenta n-negozji tal-lokal li ser jghin biex jinghata servizz ahjar billi jkun efficjenti u jara li jkollu customer care, jigifieri li jimpurtah minn min qed jixtri oggett jew servizz minghand il-negozjant.

B'sotto kumitat (fi hdan il-Kunsill Lokali) responsabbli ghan-negozju tal-lokal ghandu jghin biex jgholli l-istima ta' min qieghed fin-negozju. B'hekk jitwarrbu l-ideat negattivi li hawn fuq in-negozju, filwaqt li nkomplu nahdmu biex il-konsultazzjoni bejn il-Kunsill Lokali kif ukoll il-Gvern Centrali mas-Settur tal-Kummerc isiru fuq bazi regolari.

L-istagnar ekonomiku li dhalna fih fl-ahhar sentejn ghandna nehilsu minnu mhux billi ninghalqu fina nfusna, izda nifthu lin-negozju taghna ghall-isfidi u ghall-bidliet. Is-soluzzjonijiet ghall-isfidi tal-lum huma differenti mis-soluzzjonijet li setghu kienu tajbin il-bierah.

Is-Segretarju Parlamentari temm ighid li fil-gejjieni rridu naraw il-Kunsill Lokali jkun Gvern Lokali, b'responsabbiltajiet akbar fosthom li jservi ta' Centru ta' Informazzjoni fejn wiehed jikseb l-informazzjoni mehtiega fuq id-Dipartiment tal-Gvern li jkollu x'jaqsam maghhom in-negozjant.

B'dawn il-bidliet irridu nkomplu inwasslu aktar efficjenza u servizz ta' kwalita' ghall-konsumatur.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow