Stqarrija mill-Ministeru ta' l-Intern dwar it-tnehhija ta' l-Embarcation Cards
PR0277
26/02/1999
B'riferenza ghar-reazzjoni ta' dak li qal l-MLP dwar it-tnehhija tal-embarkationcards il-Ministeru ta' l-Intern jixtieq jghid dan li gej:-
- Bid-decizjoni li ha l-Gvern li, min-nhar it-Tnejn li gej, jitnehhew l-embarkation cards se jitnehha l-inkonvenjent lil 175,000 cittadin Malti, li biex johorgu u jidhlu f'pajjizhom stess, iridu kull darba jimlew formola, minbarra li juru l-passaport taghhom.
- L-embarkation card giet introdotta f'pajjizna snin ilu meta s-safar kien biss frazzjoni zghira ta' dak li hu llum u ma kienetx giet introdotta ghal xi skop elettorali. Illum fl-ghatba tal-Millennju l-Gdid ma jaghmilx sens li 175,000 ruh, meta jigu biex johorgu u jidhlu f'pajjizna, iridu jimlew formola.
- Il-Kummissjoni Elettorali ghandha mezzi ohra biex tara jekk persuna tissodifax jew le ir-rekwizit ta' residenza ta' sitt xhur f'pajjizna; u fuq il-passaport se tibqa' tigi ttimbrata kemm id-data tal-hrug u anke tad-dhul f'pajjizna.
- Barra mill-inkonvenjent ghal 175,000 ruh, it-tnehhija ta' din il-burokrazija inutli se twassal biex jitnaqqas ix-xoghol zejjed lill-Forzi tal-Ordni fl-ajruport u jnaqqas ukoll il-queues u l-kongestjoni fl-ajruport.
- It-tnehhija tal-htiega li l-Maltin joqghodu jimlew formoli biex isiefru kienet ilha tinhass u r-reazzjoni popolari hija wahda pozittiva hafna.
- Jidher izda li hemm min ma jridx jimxi 'l quddiem fit-triq tal-progress, izda jrid jibqa' marbut ma' sistemi anakronistici li ma jaghmlux aktar sens.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN