IL-MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI JFAKKAR LIL GORG PISANI
Fl-okkażżjoni tat-telfa tal-Poeta '?awdxi Ġorg Pisani, il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni jixtieq jingħaqad ma' martu, ma' ibnu, mal-qraba u l-ħbieb '?awdxin, imma fuq kollox ma' l-istudjużi u l-istudenti li jafuh u apprezzawh fl-istudju tagħhom, f'dan il-mument ta' sogħba, ta' prova, ta' solidarjet'?.
Pisani kien bniedem ta' umanit'? kbira, ħabib ma' kulhadd, jgħin lil kull minn jersaq fuqu u jitolbu l-parir tiegħu. Kien bniedem li jħobb il-ħajja kif wera f'ħafna mill-kitbiet tiegħu. It-tagħlim għalih kien tassew vokazzjoni għal kull fejn kien, sewwa meta qeda dmiru bħala ghalliem, kif ukoll fuq kull post ta' xogħol ieħor ma' studenti, ma' zgħazagħ, u ma' sħabu l-ħaddiema kien dejjem jgħallem u jagħti minn dak li jaf.
Fi zmien il-gwerra, kien ta' servizz għal pajjiżu u għen bil-kitbiet tiegħu li kienu jixxandru biex iqawwu l-qalb tal-Maltin.
Pisani jibqa miftakar l-aktar fost ħafna u ħafna minna l-Maltin ghall-poeżiji patrijottiċi tiegħu fosthom l-aktar forsi dawk tal-Ġgantija t''?awdex u '?a'ar Qim li jitrattaw il-preistorja ta' Malta u għas-sunett qawwi ‘Lil Mikiel Anton Vassalli'. U huma sewwa sew f'dawn il-poeżiji li x'aktarx nistgħu nsibu l-akbar testment tal-personalit'? ta' Pisani – l-imħabba kbira għal Malta u n-nies li hadmu biex rawha tikber f'Nazzjon li jaf iħobb, jaf jirrispetta, jaf jagħder, jaf iħenn, imma fuq kollox jaf jagħraf id-dmirijiet tiegħu bħala cittadin ta' din ‘l-art ħelwa li tatna isimha'.
"Il-poeta jmut, imma l-għana tibqa'" kiteb il-Poeta Nazzjonali tagħna Dun Karm. Ġorg Pisani l-bniedem m'għadux magħna, u llum qegħdin nibku t-telfa tiegħu. Imma l-għana tiegħu, u dak kollu li għallem bil-kitbiet li ħallielna jibqa' magħna jfakkarna dejjem fil-poeta ta' qalb kbira li kien Ġorg Pisani.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN