Il-Ministru ghall-Ambjent jenfasizza aktar edukazzjoni dwar l-Ambjent
Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech qal li l-fatt li fil-pajjiż għad hawn fost il-poplu li ma jħarsux b'mod pożittiv lejn l-ambjent tant li, fost l-oħrajn għadha tippersisti l-problema ta' tfigħ ta' skart f'postijiet pubbliċi, juri kemm trid issir enfasi akbar fuq l-edukazzjoni dwar l-ambjent, b'mod partikolari fost it-tfal ta' l-iskola.
Hu kien qed jitkellem f'ċerimonja ta' preżentazzjoni ta' premjijiet lir-rebbieħa ta' diversi kompetizzjonijiet li saru fost it-tfal ta' l-iskola mill-Klabb Xummiemu. Dawn kienu jinkludu kompetizzjoni ta' stejjer li dehru f'Sagħtar, oħrajn li dehru fil-magażin ta' Klabb Xummiemu, u l-kompetizzjoni li permezz tagħha ntagħżlu t-tpin'ijiet li dehru fil-kalendarju li l-Klabb ħare' għal din is-sena. Il-preżentazzjoni tal-premjijiet saret fl-Iskola Primarja tal-Gvern f'San Ġwann.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li għalkemm hu minnu li fost iż-żgħar qed tikber il-kuxjenza favur il-ħarsien ta' l-ambjent, għad fadal ħafna li ma jistgħux jifhmu li bl-azzjonijiet tagħhom qed iħassru l-ambjent, barra li kultant ikunu wkoll ta' eżempju ħażin għal ħaddieħor.
Hu fakkar li f'dawn l-aħħar snin ittieħdu ħafna inizjattivi biex tabilħaqq jitħares l-ambjent, fosthom it-twaqqif tad-Dipartiment għall-'?arsien ta' l-Ambjent, l-introduzzjoni ta' li'ijiet u regolamenti u inizjattivi oħra li ttieħdu kemm lokalment kif ukoll f'fora internazzjonali.
Hu semma li inizjattiva oħra hi dik ta' l-edukazzjoni bl-iskop li tissawwar fil-poplu Malti kuxjenza akbar favur l-ambjent, u qal li sinonimu ma' din il-kampanja kien il-ħolqien tal-karattru Xummiemu li hu tant popolari mat-tfal Maltin, speċjalment waqt kampanji ta' tindif li fihom jieħdu sehem attiv it-tfal.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-akbar edikaturi tat-tfal huma l-'enituri u l-għalliema fl-iskejjel. Hu għalhekk importanti li l-'enituri jgħallmu, bl-eżempju tagħhom, lil uliedhom kif iħarsu l-ambjent. Fl-istess waqt, din l-edukazzjoni għandha tingħata spinta akbar fl-iskejjel.
Hu qal li t-tfal, minn et'? żgħira, għandhom jifhmu li l-ambjent hu dak kollu li jeżisti madwarna – l-arja, il-baħar, il-kampanja, il-fjuri, l-għasafar u r-raħal jew belt li ngħixu fihom – u li dan kollu jeħtie' li jitħares biex ikun jista' jibqa' jitgawda.
Hu żied li f'dan il-kuntest kienet għażla tajba t-tema li ntużat għall-kompetizzjoni marbuta mal-kalendarju tal-Klabb Xummiemu – L-ambjent fil-qalba tal-Belt jew Raħal tagħkom – għaliex ħafna mill-ħin tagħna, speċjalment meta nkunu għadna żgħar ngħadduh fil-belt jew raħal tagħna.
Filwaqt li feraħ lir-rebbieħa u 'l dawk kollha li ħadu sehem fid-diversi kompetizzjonijiet, il-Ministru Zammit Dimech appella lill-kulħadd biex jagħti sehem akbar favur il-ħarsien ta' l-ambjent billi, fost l-oħrajn, tinżamm l-indafa fil-pajjiż u billi kulħadd jifhem li l-ambjent hu tagħna lkoll.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN