Left arrow Mur Lura

Espert Kanadiz ihejji rapport dwar ir-restawr ta' affreski ta' Paladini

PR0272
Date Icon 26/02/1999

Espert Kanadiż fil-konservazzjoni ta' l-injam, Andrew Powter, in'ieb Malta mill-Pro'ett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta, biex iħejji rapport dwar is-saqaf ta' l-injam li jagħmel parti mill-affreski ta' Paladini, f'dik li kienet il-kappella privata tal-Gran Mastru, fil-Palazz, il-Belt.

Dan l-espert Kanadiż illum iltaqa' mal-Ministru għall-Ambjent, Franċis Zammit Dimech, waqt żjara li l-Ministru għamel f'din il-parti tal-Palazz, fejn qed ikunu restawrati affreski oħra ta' Filippo Paladini li juru episodji mill-ħajja ta' San Ġwann il-Battista. Is-saqaf ta' din il-kamra hu wieħed mill-ftit soqfa ori'inali li għad fadal fil-Palazz.

Ir-rapport se jsir qabel ma jibda jkun restawrat is-saqaf.

Il-Ministru Zammit Dimech ħabbar li aktar tard din is-sena se ssir laqgħa ta' esperti internazzjonli bħala parti mill-proċess biex ikunu evalwati r-rapporti li qed jitħejjew mill-Courtauld Institute of Art u mill-Getty Conservation Institute. Ir-restawr ta' l-affreski qed isir minn esperti barranin mibgħuta Malta mill-Courtauld Institute u li magħhom hemm ukoll Maltija li iggradwat dan l-aħħar fir-restawr.

Fil-laqgħa mistennija jieħdu sehem għaxar esperti f'dan il-qasam, għalkemm se tkun miftuħa wkoll għall-pubbliku. L-iskop tal-laqgħa, kompla l-Ministru Zammit Dimech, se jkun li tkun konfermata l-azzjoni li trid tittieħed għall-konservazzjoni ta' dawn l-affreski.

Filwaqt li faħħar l-inizjattivi li qed jieħu l-Pro'ett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt biex ikun restawrat il-wirt storiku fil-belt kapitali tagħna, il-Ministru Zammit Dimech fakkar li, fil-11-il sena li ilu mwaqqaf dan il-Pro'ett, di''? kellu għad-dispożizzjoni tiegħu aktar minn Lm3 miljun, li l-parti kbira minnhom marru fuq pro'etti ta' restawr u manutenzjoni ta' bini u wirt storiku ieħor. Hu qal li hu l-impenn tal-Gvern li jkompli jinvesti fir-restawr għaliex b'hekk biss nistgħu nibqgħu ngawdu l-wirt storiku li għandu pajjiżna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow