"L-Onor. Leo Brincat qed jghawweg il-fatti"
Il-kelliem ewlieni ta' l-Oppożizzjoni dwar l-Ekonomija u l-Finanzi, l-Onor Leo Brincat fi stqarrija li ħare' fl-24 ta' Frar, 1999 qal li l-ghotja ta' Lm10,250 lis-Sur Joseph Żammit, ibbażata fuq it-talba li għamel is-Sur Żammit fil-25 ta' Lulju 1997, u r-rikors li għamel is-Sur Żammit quddiem it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' In'ustizzji, jittrattaw aspetti ta' natura totalment differenti. Dan mhux minnu u dan jixhduh iż-żew' dokumenti annessi ma' din l-istqarrija.
L-ewwel dokument huwa memorandum li kiteb id-Direttur Ġenerali fil-Ministeru tal-Finanzi lill-Ministru tal-Finanzi u li j'ib id-data tat-18 ta' Ġunju 1998. Punt 7 u punt 8 ta' dan il-memorandum jorbtu b'mod ċar l-eventwalita` ta' ftehim mar-rikors quddiem it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' In'ustizzji. Fil-fatt punt numru 8 jgħid li s-Sur Żammit kien lest li jirtira ir-rikors li għamel quddiem it-Tribunal jekk jintlaħaq ftehim ‘bonarjament'.
Ta' min jinnota wkoll punt numru 10 li jgħid li l-każ tas-Sur Żammit kien mibni fuq pedamenti dgħajfa imma seta' jissaħħaħ bl-intervent tal-Onor Leo Brincat.
It-tieni dokument huwa ittra mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi lis-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. L-aħħar paragrafu jgħid ċar li s-Sur Żammit kellu jirtira kull talba konnessa ma' dan il-każ li jinkludi allura r-rikors li għamel is-Sur Żammit quddiem it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' In'ustizzji.
Dawn iż-żew' dokumenti juru biċ-ċar li huwa l-Onor Leo Brincat li qiegħed jgħawwe' il-fatti. L-Onor Leo Brincat approva għotja ta' Lm10,250 meta kien jaf li kien hemm rikors pendenti quddiem it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Ingustizzji fuq l-istess fatti. L-Onor Leo Brincat approva għotja ta' Lm10,250 minkejja li l-każ tas-Sur Żammit kien jiddependi fuq xhieda ta' l-Onor Leo Brincat stess.
L-Onor Leo Brincat approva għotja ta' Lm10,250 meta t-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' In'ustizzji lanqas biss kien beda jisma' l-każ tas-Sur Żammit. L-Onor Leo Brincat approva għotja ta' Lm10,250 meta l-ogħla kumpens li seta' jieħu s-Sur Żammit mingħand it-Tribunal kien ta' Lm5,000. L-Onor Leo Brincat approva kumpens ta' Lm10,250 meta sa ftit iżjed minn xahar qabel, id-Direttur Ġenerali fil-Ministeru tal-Finanzi kien irrikmanda kumpens ta' Lm1,034.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN