Left arrow Mur Lura

Bord gdid biex imexxi l-Fondazzjoni ghas-Servizzi Medici (FMS)

PR0267
Date Icon 26/02/1999

Matul din il-gimgha nhatar bord gdid biex imexxi l-Fondazzjoni ghas-Servizzi Medici (F.M.S.). Il-membri li nhatru f'dan il-bord kienu maghzula b'mod biex din il-fondazzjoni tkun tista' taqdi r-responsabiltajiet taghha kollha.

Dan qalu l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara f'laqgha ta' informazzjoni li kellu ma' edituri u gurnalisti fil-Ministeru tas-Sahha.

Louis Deguara qal li kif kienet maghmula l-FMS fis-sentejn li ghaddew, bl-istess membri jiffurmaw l-isteering committee ta' l-isptar il-gdid, din il-fondazzjoni giet identifika esklussivament mal-bini ta' l-istess sptar. Il-Ministru tas-Sahha qal li l-ghan ta' din il-fondazzjoni hu li taghti importanza lill-izvilupp mediku tas-sistema tas-sahha ghall-poplu Malti. Barra minhekk din il-fondazzjoni ghandha wkoll tippromwovi r-ricerka, l-edukazzjoni u tahrig fil-qasam mediku. Trid tassigura wkoll li l-attivita' taghha tkun taqbel mal-politika generali tal-gvern fil-qasam tas-sahha.

Il-membri mahtura fuq il-bord tal-FMS huma;

Dr. Joe Pace, Chairman
Dr. Ray Busuttil, Direttur Generali (Divizjoni tas-Sahha)
Dr. Ray Xerri, Direttur Policy and Planning
Is-Sur Rene Formosa
Is-Sur Albert Attard
Is-Sur David Spiteri Gingell
Dr. Natasha Azzopardi Muscat.

Matul il-laqgha l-Ministru Deguara ta informazzjoni dwar l-isptar il-gdid, ir-riforma fil-kura primarja, l-iskema ta' l-ispizjar ta' l-ghazla tieghek, ir-riforma fis-sahha mentali u l-kompjuterizzazzjoni tas-servizzi tas-sahha. Matul l-istess laqgha l-Ministru tas-Sahha elenka wkoll id-decizjonijiet li ttiehdu mill-Ministeru minn Settembru sal-lum kif ukoll il-proposti li twettqu mill-programm elettorali li fuqu kien elett il-gvern kif ukoll dawk li qeghdin fil-process biex jitwettqu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow