Il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd jerga jwiegeb lill-Oppozizzjoni dwar il-politika agrikola ta' l-Unjoni Ewropeja
In-nuqqas ta' kompetenza, id-disinformazzjoni u n-nuqqas ta' qbil li jidher li jezisti fil-kamp ta' l-Oppozizzjoni, partikolarment il-mod kif l-Onor. Alfred Sant u l-Onor. Noel Farrugia jifformolaw stqarrijiet infondati dwar l-Unjoni Ewropea, qatt ma hargu fid-deher daqs din il-gimgha. Dan ghaliex filwaqt li l-Onor. Farrugia ma jitlef l-ebda okkazjoni biex isemma lehnu fuq materja li fuqha ma jidhirx li hu nfurmat hu stess, il-gurnal tal-Partit Laburista, Kull Hadd, ta' nhar il-Hadd, 21 ta' Frar 1999, kellu artiklu li ta informazzjoni dwar l-agrikoltura u l-Unjoni Ewropea li turi l-kontra ta' dak li jipprova jwassal l-Onor. Noel Farrugia.
Dan intqal mill-Ministru Ninu Zammit f'risposta li hu ta ghal stqarrija ohra li rega hareg l-Onor. Noel Farrugia dwar dan is-suggett. Il-Ministru Zammit fakkar li l-Unjoni Ewropea waslet fil-fazi finali ta' aggornament tal-politika agrikola komuni taghha, li permezz taghha l-bdiewa u r-rahhala Ewropej ser jibbenefikaw minn ghajnuniet u sussidji ta' Lm18,000 miljun fis-sena bejn l-1999 u l-2006. Dan gie kkonfermat mill-Pagna Ewropa tal-gurnal Kull Hadd tal-21 ta' Frar, fejn spjega li " L-Unjoni holqot ukoll fond biex jiffinanzja progetti taht il-CAP, li jissejjah The European Agricultural Guidance and Guarantee Fund(EAGGF)". Il-gurnal Kull Hadd kompla jghid li dan il-fond jiehu hafna mill-budget totali ta' l-UE, u semma li fl-1995, l-agrikoltura hadet "48% mill-budget totali ta' l-Unjoni".
Il-Ministru Zammit sahaq fuq l-importanza li tasal informazzjoni tajba ghand il-poplu. Id-differenza bejn il-proposti ta' l-Onor. Alfred Sant dwar zona ta' kummerc hieles u dik li qed jirsisti ghaliha l-Gvern Malti, jigifieri ta' shubija shiha fl-UE, hija wahda semplici. Filwaqt li shubija fl-UE iggib maghha sfidi u opportunitajiet ta' ghajnuna mill-istess Ewropa, iz-zona ta' kummerc hieles li xtaq l-Onor. Alfred Sant kienet tfisser li "we wouldn't be able to protect our milk industry, our meat industry, our eggs, our vegetables….."(Dr Alfred Sant intervistat mill-gazzetta The Times fil-harga tad-29/04/98). Jigifieri l-Onor. Alfred Sant ried li jnehhi l-protezzjoni kollha ghall-industriji tal-laham, tal-bajd, tal-halib u tal-biedja. B'din ix-xewqa, Dr. Sant kien ser jitfa' lill-bdiewa Maltin f'pozizzjoni zvantaggata fejn riedu jikkompetu ma' bdiewa Ewropej li kienu qed jircievu ghajnuniet sostanzjali mill-UE, filwaqt li huma (il-bdiewa u r-rahhala Maltin) ma kienu ser jiehdu assolutament xejn.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN