Left arrow Go Back

Stqarrija mid-Dipartiment tas-Sahha dwar ic-Cimiterju ta' Santa Margerita fir-Rabat Malta

PR0261
Date Icon 25/02/1999

Fuq inizjattiva tad-Dipartiment tas-Sahha, saret laqgha mad-deputati tat- 12-il Distrett rigward ic-Cimiterju Santa Margerita, ir-Rabat (Malta).

Id-Dipartiment issuggerixxa u sar qbil mad-Deputati kollha dwar proceduri li ghandhom jittiehdu mil-lum 'il quddiem f'dan ic-Cimiterju, dwar dfin f'oqbra li huma disponibbli ghal kull min m'ghandux qabar privat fl-istess ÄŠimiterju. Dan ifisser li:-

(1) il-fdalijiet tal-persuni mejtin li huma mizmuma f'numru ta' oqbra iridu possibilment jigu identifikati. Dawn l-oqbra huma l-oqbra Nri. 1, 19, 41, 42, 43 u l-qabar Nru. 137C li huma kollha tal-komun.

(2) dwar dawk l-oqbra li fihom se jsir tindif minn impjegati ta' dan id-Dipartiment, mill-lum 'il quddiem, qabel ma jibda t-tindif, persuni li jistghu jkunu identifikati bhala qraba ta' dawk midfunin f'tali oqbra, jigu avzati biex jekk ikunu jixtiequ jgorru l-fdalijiet ta' l-eghziez taghhom, huma jkunu jistghu jaghmlu hekk, wara li jitolbu l-permess necessarju minghand il-Pulizija, skond kif mitlub mill-Artiklu 142 tal-Kapitlu 10 tal-Ligijiet ta' Malta.

Wara li jsiru dawn il-proceduri, il-fdalijiet ta' tali persuni jistghu jibqghu jinzammu f'ossarju f'wiehed mit-tlieta li jezistu f'dan ic-Cimiterju, anke f'landi jew kontenituri ohra adattati.

Ghal dan l-iskop sar tindif ta' wiehed mit-tlett ossarji ezistenti f'dan ic-Cimiterju biex tali talbiet ikunu jistghu jigu milqugha, kif ukoll ikunu jistghu jigu milqugha talbiet minn qraba ta' dawk li ghandhom il-fdalijiet mizmuma fl-oqbra kif imsemmija f'Nru 1.

Se jkompli jsir tindif ta' ossarju iehor biex ikun hemm spazju fejn jinzammu l-fdalijiet ta' persuni midfunin f'dawk l-oqbra, li l-qraba taghhom ma jkunx jirrizulta li xi darba talbu lil dan id-Dipartiment biex jigu trasportati jew biex jinzammu f'dan ic-Cimiterju.

Dan qed jinghad ghall-informazzjoni tal-pubbliku partikularment ghac-Cittadini tat-12-il Distrett, li ghandhom mejtin midfunin fic-Cimiterju Santa Margerita tar-Rabat, peress li fil-prezent tezisti problema akuta ta' disponibbilit'? ta' oqbra f'dan ic-Cimiterju ghal dak li jirrigwardja dfin ta' persuni fl-oqbra ghall-uzu komuni.

Din il-problema tkun solvuta meta il-pjanijiet li qed ihejji d-Dipartiment tas-Sahha Pubblika ghall-bini ta' Cimiterju gdid ikunu finalizzati u attwati.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow