Il-Ministeru ta' l-Intern jiddefendi l-agir tad-Direttur tal-Habs fil-konfront tal-Qorti
Fil-harga tal-lum, 24 ta' Frar 1999, fi tliet gurnali lokali - "In-Nazzjon", "L-Orizzont" u "The Times", gie rrapurtat li l-Magistrat Dr Consuelo Scerri Herrera kkundannat l-agir tad-Direttur tal-Habs ghaliex prigunier ma thalliex johrog mill-habs dokumenti dwar id-difiza tieghu. Gie rrapurtat ukoll li l-Magistrat ordnat lid-Direttur sabiex jitla' l-Qorti u jispjega ghalfejn il-prigunier ma thalliex johrog mieghu id-dokumenti li xtaq.
Dalghodu, id-Direttur tal-Habs deher quddiem il-Magistrat Dr Consuelo Scerri Herrera, fejn informaha li d-dokument li ried johrog il-prigunier imsemmi kienet ittra indirizzata lilha. Ir-raguni ghaliex ma nghatax il-permess li din tohrog kienet dik li, skond il-ligi, imputat ma jistax jikteb ittri lill-Magistrat li jkun qed jisma' l-kawza u kieku nghata l-permess li din l-ittra tohrog, id-Direttur kien ikun hu stess qed jghin sabiex tinkiser il-ligi.
Id-Direttur qal ukoll li biex id-dokument imsemmi jinhareg mill-Habs, dan irid ikun f'forma ta' notamenti u m'hux f'forma ta' ittra.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN