Left arrow Mur Lura

Se jitnehha l-bzonn li l-Maltin jimlew l-Embarcation Card ghas-safar

PR0251
Date Icon 24/02/1999

Mill-1 ta' Marzu 1999, se jitnehha l-inkonvenjent li dawk il-Maltin li jsiefru barra minn Malta jimlew l-embarcation u d-disembarcation cards. Kull min kien isiefer, imqar ghal gurnata, kien obbligat li jimla l-karta ta' l-imbarkazzjoni u d-dizembarkazzjoni. Huwa mistenni li din il-mizura se tintlaqa' tajjeb minn dawk il-Maltin li jsiefru kemm ghal bzonn, kif ukoll ghall-vaganzi.

L-ahhar statistika ufficjali turi li fl-ahhar snin kien hemm medja ta' 350,000 embarcation cards li jimtlew kull sena; dan ifisser li l-inkonvenjent li issa se jitnehha, m'huwiex wiehed zghir. Isiru wkoll madwar 175,000 vjagg mill-Maltin kull sena u dawn ukoll se jinhelsu mill-inkonvenjent li kull darba joqghodu jimlew embarkation card meta jitilqu u meta jkunu gejjin lura.

Id-decizjoni ttiehdet mill-Kabinett ftit tal-gimghat ilu, wara inizjattiva tal-Ministru ta' l-Intern, Dr Tonio Borg. Kienet ilha tinhass il-htiega li jitnehhew l-embarkation cards ghall-Maltin, li kienu ilhom jilmentaw minn dan l-inkonvenjent u hela ta' hin.

Ta' min jispecifika li t-tnehhija ta' l-embarkation cards tapplika biss ghall-Maltin li se jsiefru, u mhux ghall-barranin li jigu jew ikunu se jitilqu minn Malta.

Dan il-pass, minbarra li se jnehhi l-inkonvenjent kbir lil kull min se jsiefer, se jservi wkoll biex inaqqas hafna mill-hela ta' hin fil-passaport control checkpoints, kemm fl-ajruport kif ukoll fil-port, kif ukoll uzu ahjar tal-ufficjali ta' l-Immigrazzjoni fl-ajruport.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow