Left arrow Mur Lura

Kampanja ta' edukazzjoni ambjentali dwar il-harsien tal-kosta ghal Mediterran

PR0245
Date Icon 23/02/1999

Konsulenti internazzjonali qed bħalissa jgħinu lid-Dipartiment għall-'?arsien ta' l-Ambjent jiżviluppa sensiela ta' pro'etti dwar l-immani''jar taż-żoni kostali. It-temi ta' dawn il-pro'etti se jintrabtu flimkien taħt l-isem CAMP-Malta (Coastal Area Management Plan).

Dan qalu l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech meta dalgħodu inawgura kampanja ta' edukazzjonali ambjentali dwar il-ħarsien tal-kosta bl-isem ta' Traffic Light għall-Mediterran.

Din il-kampanja qed issir f'sitt pajjiżi fil-Mediterran - Spanja, Franza, l-Italja, il-Libanu, it-Tuneżija u Malta, u qed tkun organizzata minn Med Forum, il-federazzjoni ta' organizzazzjonijiet ambjentali mhux governattivi fil-Mediterran. F'Malta, il-kampanja qed tkun kordinata mill-ECO, il-Fondazzjoni Ekolo'ika Maltija, bl-appo'' anki finanzjarju tal-Ministeru għall-Ambjent u tal-Kummissjoni Ewropea DG XI.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li hu dmir tal-Ministeru li jappo''ja inizjattivi bħal dawn għaliex hi l-politika tal-Gvern preżenti li jieħu u jgħin kwalunkwe inizjattiva intiża biex tħares il-kosta u l-baħar li jdawwarna.

Hu qal li l-kosta hi partikolarment so''etta għal pressjonijiet ambjentali minħabba l-konċentrazzjoni ta' attivitajiet li jsiru fuqha u madwarha. Din is-sitwazzjoni wasslet biex il-kosta tibda tingħata attenzjoni aktar u biex inħoloq programm għall-immani''jar taż-żoni kostali b'kunsiderazzjonijiet kemm mil-lat ekonomiku u kif ukoll dak ambjentali.

Filwaqt li semma li l-konsulenti internazzjonali li qed jgħinu lid-Dipartiment għall-'?arsien ta' l-Ambjent qed jaħdmu taħt l-awspiċi tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Mediterran, il-Ministru Zammit Dimech qal li din l-inizjattiva qed tkun appo''jata finanzjarjament mill-Programm Ambjentali tan-Nazzjonijiet Uniti (UNEP) u qed issir b'kollaborazzjoni sħiħa ma' korpi oħra lokali, fosthom il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u l-Awtorit'? ta' l-Ippjanar.

Hu żied li l-inizjattiva se tkopri su''etti partikulari, fosthom il-ħarsien tal-baħar, il-kontroll tat-tni''iż tal-baħar, l-erożjoni tal-ħamrija, l-immani''jar integrat tar-riżorsi ta' l-ilma, u l-immani''jar tax-xtut.

Il-Ministru Zammit Dimech irrifera wkoll għall-impenn tal-Gvern preżenti li jħares il-kosta u l-baħar minn tni''iż mid-drena'' u fakkar li bħala firmatarju tal-Konvenzjoni ta' Barċelona, Malta għandha l-obbligu li ssaffi l-materjal kollu tad-drena'' qabel ma jispiċċa fil-baħar.

Hu fakkar ukoll fil-Master Plan li sar fl-1992 biex tissaħħaħ l-infrastruttura tad-drena'' fil-gżejjer Maltin u x-xogħlijiet li saru f'diversi lokalitajiet, fosthom dawk qrib il-kosta, biex jonqos it-tni''iż. Barra minn hekk, fil-Master Plan kien rakkomandat li kellu jitkabbar l-impjant tat-tisfija tad-drena'' f'Marsaskala, u li jinbnew tliet impjant oħra, wieħed fiċ-Ċumnija u ieħor f'Wied Għammieq f'Malta, u l-ieħor f'Ras il-'?obż f'Għawdex.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li di''? tkabbar kif rakkomandat l-impjant f'Marsaskala, fejn qed ikunu trattati madwar 10 fil-mija tad-90,000 metri kubi ta' drena'' li nipproduċu kuljum f'Malta. Fil-fatt, il-produzzjoni f'dan l-impjant żdiedet minn 7,000 għal 17,000 metri kubi kuljum.

Hu żied li tħejja studju dwar it-tisfija ta' l-ilma fit-tramuntana ta' Malta. Qed ikun kunsidrat l-impatt ambjentali kemm fuq is-siti li jistgħu jintużaw għal dan l-iskop f'dawn l-inħawi, kif ukoll fuq siti li kienu identifikati wkoll f'Għawdex. Fir-rigward ta' impjant ieħor fin-Nofsinhar ta' Malta, il-Ministru Zammit Dimech qal li dalwaqt jingħata kuntratt għal konsulenza dwar l-għażla tas-sit.

Francis Zammit Dimech qal li meta jsiru dawn l-impjanti, Malta tkun tista' tikkonforma ruħha mal-Konvenzjoni ta' Barċelona u ma tibqax titfa' aktar fil-baħar drena'' mhux imsaffi.

B'riferenza għall-kampanja Traffic Light għall-Mediterran, hu esprima t-tama li din twassal għal kuxjenza akbar fost il-pubbliku. Filwaqt li irringrazzja lil dawk il-Kunsilli Lokali li aċċettaw li jieħdu sehem (Birżebbu'a, '?aż-Żabbar, Tas-Sliema, il-Mellieħa u l-Qala), il-Ministru Zammit Dimech ħe''e' lill-pubbliku ta' dawn il-lokalitajiet biex jagħtu s-sehem sħiħ tagħhom għas-suċċess ta' din il-kampanja u biex jaħdmu ħalli jtejbu l-ambjent tal-lokalit'? tagħhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow