Il-Ministeru ta' l-Intern iwiegeb lill-F.K.N.K. dwar it-tigdid tal-licenzji tal-kaccaturi
B'riferenza ghall-istqarrija tal-Federazzjoni Kaccaturi Nassaba u Konservazzjonisti li harget aktar kmieni llum, il-Ministeru ta' l-Intern jixtieq jghid dan li gej:
Il-Ministeru ta' l-Intern kien mgharraf li minn sbatax-il ghassa tal-Pulizija fejn jista' jsir it-tigdid tal-licenzji, kienu zewg ghases biss — dik tar-Rabat (Malta) u dik ta' Rahal Gdid, li ma kienux qed jaccettaw li jgeddu licenzji.
Fl-ghassa ta' Ghawdex dahlet talba wahda biss u l-formola kienet minghajr it-timbru li jikkonferma li l-licenzja thallset, u ghalhekk ma gietx accettata.
Il-Pulizija fl-ghases kienu rcevew struzzjonijiet verbali biex jaccettaw li jgeddu l-licenzji mhallsa, kif fil-fatt, fil-maggoranza, ghamlu.
Wara intervent mill-Ministru ta' l-Intern, Dr. Tonio Borg, illum id-Deputat Kummissarju tal-Pulizija baghat cirkolari lill-ghases kollha biex jinfurmahom bil-miktub bl-arrangamenti l-godda, ghalhekk issa s-sitwazzjoni hija rimedjata.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN