Left arrow Mur Lura

Il-Vici Prim Ministru Guido de Marco jiltaqa' mal-President tas-Sirja

PR0241
Date Icon 22/02/1999

Wara z-zjara fil-Kajr, il-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, il-Professur Guido de Marco, wasal Damasku fejn kellu tahditiet mal-President Hafez Al-Assad, mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, Farouk al-Shaara, kif ukoll mal-Ministru tal-Finanzi, Mohammed Khaled al-Mahaini.

Flimkien mal-Ministru tal-Finanzi, il-Vici Prim Ministru Guido de Marco dalghodu iffirma Ftehim dwar it-Tnehhija tat-Taxxa Doppja bejn Malta u s-Sirja. Huma tkellmu wkoll dwar l-izvilupp ekonomiku li qed isir fis-Sirja u kif tista' tinholoq koperazzjoni bejn l-operaturi ekonomici taz-zewg pajjizi. Il-Ministru de Marco stieden lill-Ministru al-Mahaini izur Malta flimkien ma' operaturi Sirjani sabiex jidentifikaw l-oqsma li jistghu jwasslu ghal din il-koperazzjoni.

Mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin al-Shaara, il-Vici Prim Ministru ddiskuta kemm il-laqgha tal-Forum Mediterranju li se tinzamm f'Malta fil-bidu ta' Marzu, kif ukoll il-laqgha tal-Ministri ta' l-Affarijiet Barranin tal-pajjizi li jiffurmaw il-process Ewro-Mediterranju li se tinzamm gewwa Stuttgart f'April li gej. Fost affarijiet ohra, il-Vici Prim Ministru rrifera ghall-proposta Maltija ta' Patt ta' Stabbilit'? fil-Mediterran u kif dan huwa intiz sabiex isahhah id-Dikjarazzjoni ta' Barcelona. Huma tkellmu wkoll dwar il-relativit'? li tezisti bejn il-process tal-paci fil-Lvant Nofsani u il-Partenarjat Ewro-Mediterranju. Il-Ministru de Marco spjega kif huwa jhoss li tishih tal-Partenarjat ghandu jservi ta' fiducja fil-process tal-paci fil-Lvant Nofsani. Iz-zewg nahat esprimew it-twemmin taghhom dwar il-kontribut tal-process ta' Barcelona fl-izvilupp tar-regjun tal-Mediterran.

Iz-zewg Ministri taw harsa wkoll lejn ir-relazzjonijiet bilaterali u l-opportunitajiet li jistghu jinholqu permezz ta' titjiriet mill-Air Malta bejn Malta u s-Sirja. Huma qablu li z-zewg Gvernijiet ghandhom jinkoraggixxu kuntatti bejn l-industrijalisti Maltin u Sirjani.

Wara nofsinhar, il-Vici Prim Ministru Guido de Marco, ghamel vizita lill-President Hafez El-Assad fil-Palazz Presidenzjali. Huma ddiskutew is-sitwazzjoni korrenti fil-process tal-paci tal-Lvant Nofsani, il-kontribut ta' l-Ewropa lejn dan il-process, kif ukoll is-shubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.

Ghada filghodu, il-Professur de Marco mistenni jmur Bejrut ghal tahditiet ma' awtoritajiet gholja Lebanizi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow