Inawgurata wirja ta' l-artiggjanat fis-Sala tal-Komunita' tal-Kunsill Lokali tal-Mosta
"Ghandu jitwaqqaf Kunsill Nazzjonali ghall-Artiggjanat, bil-hsieb li jqanqal izjed interess fl-izvilupp ta' l-Industrija ta' l-Artiggjanat. Ghal dan il-ghan, il-Kummissjoni ghall-Artiggjanat organizzat esebizzjoni ta' l-Artiggjanat fis-sala tal-Komunita' tal-Kunsill Lokali tal-Mosta. Il-hsieb huwa li filwaqt li bil-partecipazzjoni ta' l-Artiggjanat Lokali fil-Fiera Kummercjali tan-Naxxar ikun trattat l-aspett kummercjali ta' l-Artiggjanat, din l-esebizzjoni ser titratta l-aspett tradizzjonali li ghandu l-Artiggjanat fil-kultura Maltija".
"Kull Belt jew Rahal ghandha s-snajja' u l-kultura tipika taghha. Irridu nindukraw din l-arti u nizviluppawha f'attrazzjoni turistika u fi prodotti manifatturati bil-hsieb ta' kummerc. Il-Kunsill Lokali ghandu jizviluppa ukoll il-kultura tal-lokalit'? u jara li filwaqt li ma tintilifx, isservi biex tkun attrazzjoni kulturali". Dan qalu s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo waqt il-ftuh ta' l-esebizzjoni ta' l-Artiggjanat, organizzata mill-Kummissjoni ghall-Artiggjanat u l-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici.
"Jehtieg li nharsu il-wirt kulturali ta' l-Artiggjanat li jinsab fl-ibliet u l-irhula taghna. Ghandha tkun l-isfida tal-Kunsill Lokali li jfassal heritage routes fic-centri tal-kommunitajiet taghna li ghandu jwassal biex kull Belt jew Rahal tkun attrazzjoni turistika" kompla jghid s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.
Fl-istess sala tal-Kunsill Lokali tal-Mosta se jkun organizzat seminar bil-hsieb li jkunu trattati c-cirkostanzi li l-Artiggjanat Malti qed ihabbat wiccu maghhom meta jasal li joffri ghall-bejgh il-prodott tieghu. Il-holqien ta' Kunsill Nazzjonali ghall-Artiggjanat ghandu jghin biex:
1) jippromwovi l-kultura u l-arti fil-Bliet u l-irhula taghna;
2) jara li johloq incentivi biex l-Artiggjanat ikun zviluppat;
3) ikun ir-regulatur fil-harsien tal-genwinita' tal-prodott manifatturat f'pajjizna;
4) jippromwovi x-xiri u l-apprezzament ta' l-Artiggjanat Malti u Ghawdxi fost ic-cittadin, kif ukoll it-turist.
5) jiccertifika l-prodotti manifatturati f'Malta bhala garanzija li prodott ikun genwinament manifatturat lokalment u b'sengha.
"Nittamaw li dan il-Kunsill ghall-Artiggjanat ikun pass iehor f'direzzjoni gusta biex ikollna prodott tajjeb. Imbaghad irridu nkomplu nahdmu biex ikollna vetrina sabiha fejn jinbiegh dan il-prodott u dan ghandu jkun il-Villagg ta' l-Artiggjanat f'Ta' Qali. Fiducjuz li din it-triq li l-Kummissjoni ghall-Artiggjanat bdiet, tilhaq l-ghan ta' l-izvilupp ta' l-Artiggjanat Malti" temm jghid is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.
L-Eccellenza Tieghu l-President, Dr. Ugo Mifsud Bonnici, kien il-mistieden specjali tal-Kummissjoni ta' l-Artiggjanat biex jiftah din il-wirja u awgura success lill-artist li jasal li jkun artiggjan. Dan m'ghandux ghaliex jaqta' qalbu izda jehtieg jaghmel kuragg, temm ighid il-President.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN