"L-Interessi tal-haddiema u s-settur tan-Negozju jimxu id f'id" - Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo
‘L-interessi tal-haddiema u s-settur tan-negozju ghandhom jimxu flimkien. Wasal iz-zmien li ma nibqghux nifirdu l-interessi tal-haddiema minn dawk tas-settur tan-negozju' qal Edwin Vassallo, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, f'laqgha li kellu ma grupp ta' self-employed u negozjanti zghar.
L-izvilupp ekonomiku li jehtieg pajjizna ghandu jkun ir-rizultat tal-kollaborazzjoni li ghandha tezisti fuq il-post tax-xoghol bejn min jahdem u min ihaddem.
Il-laqgha li kien hemm nhar il-Hamis bejn il-G.W.U. u r-Rapprezentanti tas-Settur tan-Negozju huwa pass ta' min ifahhru u jinkoraggih'.
‘Ta' min jinnota li ladarba ir-ristrutturar ghandu ikun l-impenn ta' kull inizjattiva kummercjali, jehtieg ukoll li jkun hawn bidla fl-atteggjament u l-mentalit'?. Is-settur privat huwa mehtieg sabiex naslu li nnaqsu l-qaghad u noholqu l-impjiegi ghalhekk irridu nkomplu nahdmu flimkien. Is-setturi kollha tax-xoghol ghandhom jaghtu sehemhom u jikkumplimentaw lil xulxin sabiex l-investiment ikun rispettat aktar, waqt li l-investituri ghandhom jaraw li d-drittijiet tal-haddiema jkunu mharsa', temm jghid is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN