Left arrow Mur Lura

Il-Prof. Guido de Marco jiltaqa' mal-President Egizzjan Hosni Mubarak

PR0235
Date Icon 21/02/1999

Il-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, il-Prof Guido de Marco, dalghodu kellu laqgha mal-President Hosni Mubarak, li matulha huma ddiskutew l-ahhar zviluppi dwar numru ta' problemi li jinteressaw ir-regjun tal-Mediterran, bhall-paci fil-Lvant Nofsani, il-qaghda fil-Balkani u ohrajn.

Waqt li esprimew is-sodisfazzjon taghhom ghall-mod kif qed jizviluppaw ir-relazzjonijiet bejn iz-zewg pajjizi, il-Vici Prim Ministru wassal lill-President Mubarak messagg tal-President ta' Malta, kif ukoll stiednu izur Malta, liema invit il-President Mubarak laqa' bi pjacir.

Il-bierah filghaxija il-Vici Prim Ministru kellu laqgha mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Egizzjan, Amre Moussa. Il-Ministru de Marco tkellem dwar l-ahhar zviluppi fir-rigward ta' l-applikazzjoni ta' Malta ghas-shubija fl-Unjoni Ewropea.

Huma tkellmu ukoll fuq il-Konferenza Ministerjali tal-Med Forum li sejra ssir Malta ix-xahar id-diehel. Huma qablu dwar l-importanza ta' din il-konferenza u l-kontribut li din ghandha taghti billi tipprepara ghat-Tielet Konferenza Ministerjali tal-Process Ewro-Mediterranju li ghandha ssir fi Stuttgart f'nofs April li gej.

Iz-zewg Ministri ddiskutew l-impatt tal-process tal-paci fil-Lvant Nofsani fuq l-instabbilita' fil-Mediterran u r-rwol ta' l-Unjoni Ewropea, flimkien mal-pajjizi tal-Mediterran f'dan ir-rigward. Fost affarijiet ohra huma tkellmu dwar l-ahhar zviluppi tal-kaz ta' Lockerbie kif ukoll il-bzonn ta' soluzzjoni pacifika tal-qaghda prezenti fil-Balkani.

Huma tkellmu wkoll dwar ir-relazzjonijiet bilaterali u kif dawn ghandhom ikomplu jissahhu. Wara din il-laqgha gew iffirmati tliet trattati li jikkoncernaw it-tnehhijja tat-taxxa doppja, il-promozzjoni u l-protezzjoni reciproka ta' l-investiment, kif ukoll programm esekuttiv ta' koperazzjoni xjentifika, teknika u kulturali ghat-tliet snin li gejjin.

Il-bierah filghodu il-Vici Prim Ministru kellu laqgha mal-Minsitru ta' l-Ekonomija, Dr. Youssef Boutros Ghali. Fost affarijiet ohra huma ddiskutew mezzi li ghandhom iwasslu sabiex jissahhu r-relazzjonijiet kummercjali u industrijali bejn iz-zewg pajjizi. Ghal dan il-ghan, iz-zewg Ministri qablu li titwaqqaf task force li tkun tista' ssegwi u tghin fl-implimentazzjoni ta' progetti li jistghu jigu mqabbla.

Il-Ministru de marco pprezenta lill-Ministru Ghali, grupp ta' kummercjanti Maltin li jinsabu fil-Kajr bhala parti mill-missjoni kummercjali mtella' mill-METCO. Tlieta u ghoxrin kumpannija Maltija qed jippartecipaw f'din l-attivita'. Delegazzjoni ta' kummercjanti Egizzjani ghandha tigi Malta f'Mejju li gej.

Aktar tard illum, il-Vici Prim Ministru ghamel zjara ta' kortesija lill-President ta' l-Assemblea tal-Poplu, Dr. Ahmed Fathi Surour. Huma tkellmu dwar ir-rwol tad-djalogu parlamentari u l-kontribuzzjoni li dan jaghti sabiex isahhah il-process Ewro-Mediterranju.

Qabel halla l-Egittu, il-Vici Prim Ministru kellu laqgha mas-Segretarju Generali tal-Lega Gharbija, Dr. Esmat Abdel Meguid. Fl-isfond tad-dinja Gharbija huma skambjaw il-veduti taghhom dwar il-process tal-paci fil-Lvant Nofsani, l-ahhar zviluppi dwar il-kaz ta' Lockerbie u l-qaghda prezenti fl-Iraq. B'referenza ghall-Mediterrran huma tkellmu fuq il-Konferenza Ministerjali tal-Med Forum li ser issir f'Malta kif ukoll processi ohra, li ghandhom iservu sabiex isahhu l-istabilita' fir-regjun.

Il-Ministru de Marco informa lis-Segretarju Generali dwar l-applikazzjoni tas-shubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. Is-Segretarju Generali Meguid emfasizza il-konvinzjoni tieghu li Malta, flimkien ma' ohrajn, ghandha ssahhah id-dimenzjoni Mediterranja fl-isfond ta' l-Unjoni Ewropea.

Il-Professur Guido de Marco il-lejla sejjer is-Sirja u aktar tard il-Libanu. Iz-zjara f'dawn it-tliet pajjizi hija intiza biex tkompli ssahhah il-politika Ewro-Mediterranja tal-Gvern Malti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow