Left arrow Mur Lura

Se titwaqqaf Koperattiva ohra fit-Taqsima tax-Xoghlijiet

PR0229
Date Icon 19/02/1999

Fil-'imgħat li 'ejjin mistennija titwaqqaf it-tielet kooperattiva minn ħaddiema tad-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi tat-Taqsima tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent. Din il-kooperattiva se tkun involuta f'xogħol ta' l-aluminju.

Dan sar magħruf waqt żjara li l-Ministru għall-Ambjent, Francis Zammit Dimech, għamel dalgħodu fil-workshops li d-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi għandu fil-Marsa u f''?al Kirkop.

Fil-garaxx tal-Marsa, il-Ministru Zammit Dimech żar blokk bini li qed jinbena li fih se jkun hemm imħażen għall-injam, clocking station, u l-workshop tal-kooperattiva l-'dida. Dan il-bini se jiswa madwar Lm22,000. Hu żar wkoll il-workshops fejn tinħadem l-għamara, fejn intwera x-xogħol ta' għamara li qed isir għad-Dar ta' l-Anzjani fil-Floriana. Din l-għamara tikkonsisti f'47 gwardarobba, 22 mejda għat-televiżjoni, 47 mwejjed żgħar għall-kmamar as-sodda, 47 sodda, 22 unit għas-sinkijiet, 12-il mejda għall-ikel u 19-il hanging cupboard.

Hu żar ukoll il-workshop tal-Kooperattiva tal-Għamara, fejn qed tinħadem għamara għal diversi dipartimenti tal-Gvern; il-workshop fejn jinħadmu affarijiet tal-metall, fosthom tagħmir għall-playing fields u għad-diversi pro'etti li jsiru fid-diversi lokalitajiet; u l-workshop tal-Kooperattiva tat-Tabelli u tas-Sinjali tat-Traffiku.

Filwaqt li fakkar li l-ewwel żew' kooperattivi minn ħaddiema f'dan id-Dipartiment twaqqfu fi żmien li hu kien di''? l-Ministru responsabbli mit-Taqsima tax-Xogħlijiet, il-Ministru Zammit Dimech qal li jħossu sodisfatt li issa qed jara t-tielet kooperattiva titwieled minn fost il-ħaddiema ta' dan id-Dipartiment. Hu qal li l-Gvern preżenti jemmen li inizjattivi bħal dawn jinċentivaw aktar lill-ħaddiema, kif uriet l-esperjenza ta' l-ewwel żew' kooperattivi.

Hu żied li permezz tal-kooperattiva 'dida li se titwaqqaf, se tkun introdotta f'dan id-Dipartiment sengħa 'dida, peress li sal-lum ma kienx isir xogħol ta' aluminju, minkejja li fost il-ħaddiema hemm min hu espert f'dan ix-xogħol u f'ħafna bini li jtella' l-Gvern qed jintuża dan il-materjal. Filwaqt li awgura lill-ħaddiema li se jiffurmaw din il-kooperattiva, il-Ministru Zammit Dimech ħe''e' lill-membri ta' dawn il-kooperattivi biex ifittxu xogħol anki minn barra s-settur governattiv, ħalli b'hekk ikunu jistgħu jkomplu jsaħħu l-kooperattiva tagħhom.

Il-Ministru Zammit Dimech, akkumpanjat fost l-oħrajn mid-Direttur tad-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi s-Sur An'lu Zahra, żar ukoll il-workshops tad-Dipartiment f''?al Kirkop, fejn seta' jara sitt road rollers u żew' skid steer loaders li nxtraw dan l-aħħar biex jintużaw fuq lantijiet tax-xogħol. Ir-road rollers, li swew Lm8,000-il wieħed, se jintużaw mill-ħaddiema tad-Dipartiment tad-Distretti f'manutenzjoni ta' toroq lokali, skond it-talbiet li jsiru mill-Kunsilli Lokali. L-iskid steer loaders, li wkoll swew kważi Lm8,000-il wieħed, huma gafef żgħar li se jintużaw fuq diversi xogħlijiet fid-distretti.

Waqt dawn iż-żjarat, il-Ministru Zammit Dimech ħe''e' lill-ħaddiema biex ikunu aktar konxji mid-doveri tagħhom u biex jifhmu li anki mix-xogħol jista' jkollhom l-akbar sodisfazzjon meta jħarsu lejn ix-xogħol bħala servizz lill-komunit'?.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow