Se jkun ri-abilitat Wied Ghomor
Il-Ministeru għall-Ambjent qed iħejji pjani bl-iskop li ssir rijabilitazzjoni ta' Wied Għomor. Dan il-wied jippreżenta l-uniku spazju miftuħ, b'karatteristiċi rurali, f'inħawi li huma ferm urbani billi jinsab imdawwar minn tliet villa''i li żviluppaw ħafna f'dawn l-aħħar snin San Ġiljan, is-Swieqi u San Ġwann.
Dan ħabbru llum il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech, waqt konferenza ta' l-aħbarijiet flimkien mas-Sindki tat-tliet lokalitajiet, li fiha tnieda dan il-pro'ett. Hu għamilha ċara li "l-prinċipju li se jiggwidana f'dak li se nagħmlu se jkun dak li nħarsu u nsebbħu u l-ambjent."
Fl-istess waqt hu semma li qed isiru taħditiet ma' l-Awtorit'? ta' l-Ippjanar biex il-wied ikun skedat ħalli jkun żgurat li ma jibqax ikun estiż l-iżvilupp fih.
Il-Ministru Zammit Dimech fakkar li madwar sentejn ilu l-Kunsill Lokali ta' San Ġwann kien organizza seminar bl-iskop li titqajjem kuxjenza għar-restawr u l-konservazzjoni ta' dan il-wied b'mod partikolari, u biex titwaqqaf fondazzjoni magħmula mill-Kunsilli tal-lokalitajiet li jmissu mal-wied, Ministeri konċernati, u għaqdiet ambjentali u oħrajn interessati. Il-ħsieb kien li jsir studju dwar kif għandu jkun amministrat il-wied, li hu wieħed mill-akbar widien li għad fadal u li hu dominat l-aktar mill-biedja.
Hu qal li wara l-bidla fil-Gvern, hu kien avviċinat minn xi kunsillieri biex din l-idea tkun tista' ssir realt'? u hu mill-ewwel wiegħed l-appo'' sħiħ tiegħu.
F'dawn l-aħħar xhur, permezz tal-Periti Shirley Mifsud u George Buhagiar mill-Planning Unit tad-Dipartiment tal-Bini u l-In'inerija fit-Taqsima tax-Xogħlijiet, saru diversi studji dwar it-titli u l-użu ta' l-art kollha f'dan il-wied u dwar it-toroq eżistenti. Kienu stabbiliti wkoll il-konfini tal-wied.
Barra minn hekk saru wkoll laqgħat mal-Kunsilli Lokali konċernati u anki żjarat fil-post. Saru wkoll laqgħat ma' l-Awtorit'? ta' l-Ippjanar biex ikunu magħrufa sew il-ħsibijiet ta' l-Awtorit'? fid-dawl tal-Pjan Lokali għal dawk l-inħawi, kif ukoll mad-Dipartiment għall-'?arsien ta' l-Ambjent.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li issa se jibdew jitħejjew disinji biex partijiet mill-wied ikunu jistgħu jinbidlu f'żoni ta' rikreazzjoni mingħajr ma ssir, iżda, ebda ħsara lid-dehra naturali tal-wied filwaqt li ji'u indirizzati problemi ambjentali li hemm. Hu qal li l-Ministeru lest jikkunsidra kwalunkwe idea li tista' titressaq min-naħa tal-pubbliku waqt dan il-proċess. Hu semma wkoll li se jinħatar kumitat ta' koordinazzjoni b'rappreżentanza tal-Ministeru, ta' l-Awtorit'? ta' l-Ippjanar, u tal-Kunsilli konċernati biex isegwi mill-qrib il-proċess kollu tar-rijabilitazzjoni tal-wied.
Sadattant, kompla l-Ministru għall-Ambjent, il-wied se jibda jitnaddaf mill-ħafna materjal u skart li twaddab fih tul iż-żmien, se jibnew mill-'did ħitan tas-sejjieħ li waqgħu u se jkunu irran'ati xi mogħdijiet. Se jitħawlu wkoll diversi si'ar indi'eni.
Hu qal ukoll li problema oħra li se tkun mistħar'a sew hi dik tal-għargħar bl-ilma tax-xita, peress li ħafna drabi ssir anki ħsara lir-raba' li hemm fil-wied. Hemm il-ħsieb li jsiru lqugħ u riserva fejn ikun jista' jin'abar l-ilma ħalli mbagħad jew jintuża għal skop agrikolu jew jinxtorob mill-blat lejn l-aquifer.
Il-Ministru Zammit Dimech enfasizza li dak kollu li hemm il-ħsieb li jsir se jitwettaq b'rispett sħiħ għall-ambjent u bix-xewqa li dan il-wied jinbidel f'wieħed mill-isbaħ postijiet naturali fil-gżejjer Maltin biex ikun jista' jitgawda kemm mill-Maltin, kif ukoll mill-barranin.
Hu iddeskriva dan il-pro'ett bħala wieħed pilota fil-pjani tal-Gvern li jinħolqu parks re'jonali f'diversi lokalitajiet fejn il-poplu jkun jista' jsib il-mistrieħ mill-ħajja mgħa'la tal-lum u fl-istess ħin jitgħaxxaq bi 'miel in-natura.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN