Il-Ministeru tal-Finanzi jikkummenta dwar l-istqarrija ta' Moody's
Mill-"Press Release" mahruga minn Moody's rigward kif iharsu lejn Malta, jidher car li jikkunsidraw is-sentejn tal-Gvern immexxi minn Dr. Alfred Sant, bhala sentejn negattivi ghall-pajjiz. Irrizulta li hafna kliem li kien isir ta' trazzin tad-deficit finanzjarju tal-Gvern kien biss duhhan.
Mhux biss ma gietx imrazzna l-ispiza tal-Gvern imma talli ttiehdu decizjonijiet li bihom id-dhul tal-Gvern gie mharbat.
Moody's zammew ir-"ratings" ta' Malta fuq l-istess livell li kienu, wara li s-sena l-ohra waqqawhom minn A2 ghal A3 anki minhabba, kif kienu qalu dak in-nhar, id-decizjoni tal-Gvern immexxi minn Dr Alfred Sant li jnehhi l-VAT u li jiffriza l-applikazzjoni ta' Malta ghall-Unjoni Ewropea.
Fl-istqarrija li hargu issa u li harget lejliet li gie ppublikat l-"update" pozittiv tal-Kummissjoni Ewropea fuq Malta, Moody's iharsu b'mod pozittiv lejn ir-reintroduzzjoni tal-VAT u lejn il-mixja ta' Malta ghall-shubija fl-Unjoni Ewropea.
Moody's issa qeghdin jaraw kif ser tizviluppa s-sitwazzjoni tad-deficit tal-Gvern fil-konfront tal-pjani li gew ippublikati f'Novembru li ghadda.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN