Left arrow Go Back

Imnedija l-Fiera tal-Volontarjat: Care Awareness Fair 1999

PR0219
Date Icon 18/02/1999

"Il-Gvern ma jistax ma' jirrikonoxxix l-impenn u s-siwi li l-volontarjat ghandu fil-hajja Maltija. Huwa fatt li s-sisien tas-servizzi socjali f'pajjizna huma dovuti ghas-sehem li tat il-Knisja u ghaqdiet ohrajn volontarji matul iz-zmien. Il-Gvern tghallem u jibqa' jitghallem hafna mill-volontarjat, ghaliex jemmen li l-holqien ta' socjeta li fiha hemm post ghall-kulhadd, ma tistax isehh jekk kulhadd jibqa' jirraguna bil-kejl ta' fejn jaqbel lilu biss. Socjeta' mibnija fuq il-principji ta' gustizzja socjali hija socjeta' li thares madwarha, tara x'inhuma l-bzonnijiet u tohrog barra minnha nfisha biex taqdi lil haddiehor. Huwa precizament ghal dan l-iskop li ssir il-Care Awareness Fair - fiera, li tissensitizza lill-poplu Malti u Ghawdxi dwar l-importanza tal-volontarjat, filwaqt li thajjar il-partecipazzjoni ta' individwi li, ghax ikunu jridu u ghax jaghrfu l-gid ta' kull wiehed u wahda minnhom, jirrejalizzaw li ma jistax jinkiseb il-gid komuni jekk mhux permezz tar-rabtiet minsuga volontarjament bejniethom."

Dan qalu il-Ministru ghall-Politika Socjali, Dr. Lawrewnce Gonzi, waqt konferenza ta' l-ahbarijiet li fiha habbar il-Care Awareness Fair, li ser issir fit-Trade Fair Grounds, in-Naxxar, bejn il-25 u t-28 ta' Frar.

Il-Ministru Gonzi rrimarka li l-ghadd ta' ghaqdiet li jiehdu sehem f'din il-fiera qieghed dejjem jizdied u dan juri bic-car li s-socjeta' Maltija qieghda dejjem tissoda fil-valuri socjali taghha. "Dan huwa sinjal pozittiv," huwa tenna, "ghaliex dan ifisser li kulhadd qieghed jirrejalizza li r-responsabbilta' li ngibu l-pajjizna ‘l quddiem mhix responsabbilta' biss tal-Gvern, imma hija responsabbilta' ta kull individwu, hu min hu, u hu fejn hu!"

Waqt id-diskors tieghu, il-Ministru Gonzi semma erba' ghanijiet li ghalihom din il-Fiera titwettaq. Dawn huma:

  1. biex tipprovdi opportunita' sabiex l-ghaqdiet volontarji u assocjazzjonijiet f'Malta u Ghawdex jkunu jistghu jwasslu l-messagg taghhom;
  2. opportunita' biex ic-cittadini jkunu jistghu jithajjru jingaggaw bhala voluntiera f'xi ghaqda jew fondazzjoni li hemm imwaqqfa fil-pajjiz;
  3. opportunita' biex l-ghaqdiet ikunu jafu ahjar ghaqdiet ohra li huma mwaqqfa fil-pajjiz; u
  4. opportunita' biex l-ghaqdiet juru lill-poplu kif huma qeghdin jutilizzaw ir-rizorsi taghhom (accountability) favur persuni fi bzonn ta' xi ghajnuna.

Il-Ministru ghall-Politika Socjali temm l-intervent tieghu billi apella sabiex aktar persuni joffru lilhom infushom ghas-servizz ta' dawk fil-bzonn, mhux biss biex il-pajjiz jimxi 'l quddiem, imma l-aktar ghaliex bis-servizz tieghu l-individwu jikseb hafna sodisfazzjoni personali u jghin biex haddiehor issib aktar imhabba u dinjita'.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow