Tissokta l-ghajnuna lill-Kunsilli Lokali
Il-Ministru ghall-Ambjent Francis Zammit Dimech stqarr li minkejja l-fondi li l-Kunsilli Lokali jirċievu kull sena mingħand il-Gvern Ċentrali, xorta waħda l-Gvern hu impenjat li jgħin b'modi oħra lil dawk il-Kunsilli li jieħdu inizjattivi mmirati l-aktar lejn it-ti'did u l-ħarsien ta' l-ambjent.
Il-Ministru Zammit Dimech kien qed jitkellem waqt żjara li għamel dalgħodu f'Wied Qirda fejn seta' jara mill-qrib ħidma ta' koservazzjoni li saret f'dan il-wied bl-inizjattiva tal-Kunsill Lokali ta' '?aż-Żebbu' u bl-għajnuna wkoll tat-Taqsima tax-Xogħlijiet u tad-Dipartiment għall-'?arsien ta' l-Ambjent fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent.
Waqt din iż-żjara kien spjegat li taħt il-konfini tal-Kunsill Lokali ta' '?aż-Żebbu' jaqgħu disa' widien. Konxju minn din ir-responsabbilt'?, il-Kunsill Lokali ħejja diversi rapporti u beda jwettaq ħidma bħala parti minn proċess fit-tul ta' konservazzjoni ta' dawn il-widien. Dan il-proċess inbeda f'Wied Baqqiegħa u Wied Qirda u għal dan l-iskop il-Kunsill ingħata fondi speċjali min-naħa tal-Gvern Ċentrali fl-ammont ta' Lm35,000.
F'dawn l-aħħar xhur bdiet u tlestiet l-ewwel fażi tal-pro'ett f'Wied Qirda. Ix-xogħol kien jikkonsisti fit-tindif tal-wied, fit-twaqqiegħ u bini mill-'did ta' pont, bini ta' ħajt tas-sejjieħ mal-periferija tal-wied, bini mill-'did ta' lqugħ għall-ilma, u l-bini ta' trejqa tar-ri'el minn tat-Troll għall-istess wied.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li inizjattivi bħal dawn għandhom isibu l-appo'' sħiħ tal-Gvern Ċentrali u huma ta' min jinkora''ihom. Il-Ministru għall-Ambjent qal li fl-ewwel 'imgħat tiegħu bħala Ministru ltaqa' tista' tgħid mal-Kunsilli Lokali kollha f'Malta u Għawdex u seta' jara mill-qrib b'liema ħe''a l-Kunsilli qed jaħdmu biex isebbħu u jħarsu l-ambjent tal-lokalit'? tagħhom. Hu żied li hemm diversi modi kif il-Ministeru jista' jkompli jgħin f'inizjattivi bħal dawn sakemm il-Kunsilli jagħtu s-sehem tagħhom ukoll.
Hu qal li hemm materji oħra li jolqtu lil '?aż-Żebbu' u li l-Ministeru għall-Ambjent lest jagħti s-sehem tiegħu biex ikunu riżolti, fosthom il-problema tal-għargħar mill-ilmijiet tax-xita fl-inħawi magħrufa bħala Tal-Grazzja u Tad-Dawl.
Il-Ministru Zammit Dimech żied li l-fatt li kull lokalit'? llum għandha l-Kunsill tagħha wassal biex kull lokalit'? jkollha garantiti kull sena fondi mill-Gvern Ċentrali u b'hekk l-ebda lokalit'? ma tibqa' lura. Hu tenna li l-ħidma li wettqu s'issa l-Kunsilli kienet waħda li biddlet id-dehra ta' kull lokalit'? ibda mill-bankini u spiċċa fit-tindif. Hu sostna l-ħtie'a li l-Kunsilli jkomplu jindukraw dak li wettqu.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN