Left arrow Mur Lura

Domanda qawwija ghac-cilindri tal-Gas

PR0192
Date Icon 12/02/1999

It-Taqsima tal-Gas ta' l-Enemalta tgharraf li fil-prezent hija ghandha provvista adatta ta' gas biex taqdi l-htigijiet tas-suq lokali. Fil-fatt, il-bierah stess it-Taqsima rceviet provvista ta' 1,600 tunellata gas.

Bl-ghajnuna tad-distributuri tal-gas, l-Enemalta bhalissa qed tqassam 'il fuq minn 7,000 cilindru kuljum. Ic-cilindri tal-gas jitqassmu permezz tat-trakkijiet tad-distributuri tal-gas f'diversi lokalitajiet f'Malta u f'Ghawdex. Madwar 65 trakk tal-gas ikunu fornuti bil-gas minn din it-Taqsima kuljum.

L-Enemalta tifhem li z-zieda fid-domanda ghall-gas tista' twassal biex ikun hemm xi dewmien fid-distribuzzjoni minhabba l-kwantita' straordinarja ta' cilindri li jkunu jridu jitqassmu. Sabiex jonqos dan l-inkonvenjent, il-Korporazzjoni tirrakkomanda li l-konsumaturi jordnaw ic-cilindru taghhom hekk kif iwahhlu c-cilindru ta' riserva.

Iz-zieda fid-domanda ghall-gas li kellna dan l-ahhar hija l-akbar wahda li giet registrata f'dawn l-ahhar hames snin. L-Enemalta temmen li din iz-zieda irrizultat minhabba t-temperaturi keshin li qed ikollna f'dan il-perjodu tas-sena.

Il-bejgh tac-cilindri tal-gas f'Dicembru 1998 u f'Jannar 1999 lahaq l-ammont ta' 248,393, filwaqt li n-numru ta' cilindri li nbieghu fl-istess xhur sena qabel kien ta' 223,353. Dan ifisser li kien hemm zieda ta' 25,000 cilindru li 3,380 minnhom kienu servizzi godda; matul Dicembru 1997 u Jannar 1998, in-numru ta' servizzi godda kien jammonta ghal 1,700.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow