Left arrow Go Back

Il-Ministeru ghall-Agrikoltura u Sajd iwiegeb ghal kampanja sistematika ta' misinformazzjoni mill-Oppozizzjoni

PR0191
Date Icon 12/02/1999

Id-diversi stqarrijiet li ghamlu f'dawn l-ahhar granet il-Kap ta' l-Oppozizzjoni, l-Onor. Alfred Sant, u l-Onor. Noel Farrugia, jikkonfermaw il-fatt li dawn qeghdin jippruvaw jghattu l-inkompetenza li wrew fl-oqsma tal-biedja u sajd meta kienu fil-Gvern.

Hekk sostna il-Ministru l-Onor. Ninu Zammit b'risposta ghall-kampanja sistematika ta' misinformazzjoni li hierga dan l-ahhar mill-kamp ta' l-Oppozizzjoni. Il-Ministru Zammit fakkar fir-rilevanza ta' dak li sar meta l-Onor. Sant kien Prim Ministru, u l-Onor. Noel Farrugia kien Ministru tal-Biedja u Sajd. Meta wiehed iqis id-diskors li qed jaghmlu illum, irid izomm quddiem ghajnejh dak li fil-fatt ghamlu meta kellhom it-tmexxija f'idejhom.

Fost dawn l-affarijiet wiehed ma jistax jinsa l-hsara li kienet ser issir lil dan is-settur bir-rati ezagerati ta' l-ilma u dawl li kienu ser iwasslu li numru kbir ta' bdiewa u rahhala ma kienux se jistghu jkomplu jahdmu. L-Onor. Sant u l-Onor. Farrugia, kienu lahqu ftehim ukoll ma' Ministri ohrajn sabiex il-kontijiet b'dawn ir-rati katastrofici ma jinhargux qabel l-elezzjoni.

Ta' min wiehed isemmi wkoll li fi zmien l-Amministrazzjoni precedenti kien sar uzu ta' LM13,500 minn flus tal-bdiewa li esportaw il-patata, kif ukoll flus li suppost thallsu lil bdiewa ohrajn li soffrew hsarat bil-maltemp(LM8,000). Dawn il-flus jidher li ntuzaw sabiex tghattiet parti mid-disfatta li kien holoq il-Ministeru bl-iskema fjask ta' esportazzjoni ta' hxejjex friski lejn l-Ingilterra. Illum, l-Onor.Farrugia qieghed jitkellem fuq din l-iskema bhallikieku din rendiet, bit-tama li jnessi l-fatt tal-falliment assolut taghha.

Il-Ministru Ninu Zammit semma wkoll is-sitwazzjoni reali ta' l-agrikoltura fl-Unjoni Ewropea. F'dawn il-granet ghadu kemm intlahaq ftehim li permezz tieghu, l-industrija tal-biedja fil-pajjizi ta' l-Unjoni Ewropea ser tircievi flus u ghajnuna li ser ilahhqu s-somma ta' LM18,000,000,000 (tmintax il-elf miljun lira Maltin) bejn is-sena 2000 u s-sena 2006. Pajjizna tilef l-ghajnuna li kien jiehu kieku baqa' fil-lista ta' tkabbir ta' l-Unjoni u kieku ma gietx iffrizata l-applikazzjoni. Din l-ghajnuna hija kuntrast qawwi ma dak li stqarr il-Kap ta' l-Oppozizzjoni nnifsu f'The Times, tad-29 ta' April,1998, illi s-setturi tal-Biedja u Sajd f'pajjizna kienu ser jitilfu kull forma ta' protezzjoni li kellhom, u dan bit-twaqqif ta' zona ta' kummerc hieles li ried jaghmel hu stess. Il-Ministru fakkar bid-dikjarazzjoni li ghamel Dr Sant dakinhar, jigifieri, "There is nothing special about agriculture", jew " L-agrikoltura ma fiha xejn specjali".

Il-Ministru Ninu Zammit qal li jkun zball li wiehed jahseb li l-poplu ser jinsa dawn l-affarijiet semplicement ghax jippruvaw inessuh. Min bata l-konsegwenzi jaf f'hiex u fejn kienet ser twassal dik it-tip ta' inkompetenza. Min bata l-konsegwenzi jaf ukoll li dak it-tip ta' diskors distruttiv u irresponsabbli jista' jissarraf biss fi hsara ghal pajjizna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow