Wirja ta' xoghlijiet ta' studenti dwar il-Karnival
Is-Segretarju Parlamentari fil Ministeru ta' l-Edukazzjoni, l-Onor. Jesmond Mugliett, fetah ufficjalment esebizzjoni ta' tpingijiet, collages, maskri u mudelli ta' karrijiet tal-Karnival, f'Palazzo de La Salle, il-Belt Valletta. Dawn ix-xoghlijiet gew mahduma minn studenti, kemm ta' skejjel privati u kemm ta' skejjel governattivi. Din il-wirja giet organizzata mill-Youth Service Organisation tad-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni, wara li kien hemm kompetizzjoni ghal ahjar mudell, tpingija, collage jew maskra.
Wara li tqassmu l-premijiet lir-rebbieha, li kienu jikkonsistu f'book tokens u trophies, l-Onor. Mugliett ferah lill-istudenti li hadu sehem u fahhar ix-xoghol li dawn wettqu. Huwa qal li attivitajiet bhal dawn johorgu t-talenti ta' l-istudenti, specjalment f'suggetti mhux akkademici. Il-Karnival huwa okkazjoni tajba biex dawn it-talenti jigu mhaddma, ghax jispira l-immaginazzjoni ta' l-istudenti. Huwa importanti li l-istudenti jkunu ppremjati ta' l-interess li wrew meta hadu sehem f'din il-kompetizzjoni.
Waqt li kellem lit-tfal u l-ghalliema prezenti, il-Perit Mugliett sahaq li l-importanti huwa li tippartecipa u li billi wiehed ma jirbahx ma jkunx ifisser li x-xoghol li jkun ghamel ma jkunx tajjeb, izda jista' jkun li jkun hemm min jimpenja ruhu aktar, jew ix-xoghol ipprezentat johrog ahjar. Huwa ukoll qal li attivitajiet bhal dawn juru kemm il-Karnival f'Malta ghadu haj, partikolarment fost iz-zghazagh. Dan jawgura tajjeb li tradizzjoni importanti bhal Karnival, fejn insibu l-opportunit'? li nharsu lejna nfusna b'umorizmu, tibqa' maghna fil-futur.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN