Il-Gvern iwiegeb ghall-artikolu "Tkompli l-mewga ta' vendikazzjonijiet...issa jmiss lil Joe Borg" li deher fil-harga ta' "It-Torca" tas-7 ta' Frar 1999
F'artiklu li deher fil-ħar'a ta' It-Torċa tas-7 ta' Frar 1999, intitolat "Tkompli l-mew'a ta' vendikazzjonijiet...Issa jmiss lil Joe Borg", 'ie allegat li fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru qed jinħadem xi pjan biex ji'u mwarrba dawk l-uffiċjali pubbliċi li servew Gvern Laburista.
L-istess eżempji li semmiet It-Torċa jipprovaw kemm l-allegazzjoni ta' xi pjan maħdum kontra nies li servew lill-Gvern Laburista hija bla bażi ta' xejn; kif hija bla bażi l-istqarrija li tallega li bħalissa għaddejja xi mew'a ta' vendikazzjonijiet.
Il-fatti f'kull kaz huma kif gej:
Is-Sur Joe Zammit
L-allegazzjonijiet li s-Sur Zammit ilu miżmum id-dar mill-5 ta' Settembru tas-sena l-oħra u li skrivana Nazzjonalista keccietu mill-ufficcju tieghu ftit sighat wara li Dr Eddie Fenech Adami ha il-gurament tal-hatra, huma ghal kollox foloz kif jixhdu l-fatti li 'ejjin.
Is-Sur Zammit serva bħala Segretarju tal-Kabinett għal 22 xahar bejn l-1996 u l-1998. Fis-27 ta' Lulju 1998, 'imgħa qabel xolja l-Parlament, il-Ministeru tal-Finanzi għadda pagament ta' Lm10,250 lis-Sur Zammit biex dan jirtira talba għall-kumpens li kien ressaq quddiem it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' In'ustizzji. Meta s-Sur Zammit ingħata dan il-kumpens, it-Tribunal ma kienx għadu beda jiddiskuti l-kaz. Li kieku it-Tribunal tħalla jkompli b'xogħlu, l-ogħla kumpens li seta' jingħata lis-Sur Zammit kien ta' Lm5,000. Fil-21 ta' Awissu, ji'ifieri 'ranet sew wara li xolja l-Parlament, is-Sur Zammit ngħata promozzjoni minn Officer in Grade 4 għal Officer in Grade 2.
Wara l-bidla fil-Gvern f'Settembru 1998, il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami għażel, kif għandu dritt li jagħmel skond il-Kostituzzjoni, Segretarju tal-Kabinett 'did. Il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami nnomina bħala Segretarju tal-Kabinett lil dik il-persuna li kienet tneħħiet minn Dottor Alfred Sant biex laħaq is-Sur Joe Zammit. Bdiet ħidma wkoll sabiex ji'u definiti r-responsabilitajiet 'odda tas-Sur Zammit. Jiem wara l-bidla fil-Gvern, is-Sur Zammit ħare' mill-uffiċju tas-Segretarju tal-Kabinett.
F'Ottubru 1998, il-Ministru Dalli offra lis-Sur Zammit il-pożizzjoni ta' Chief Coordinator (Public Expenditure). Dan ic-Chief Coordinator huwa responsabbli minn task force ta' certifed accountantstaħt id-direzzjoni tal-Professur Maurice Mullard u żew' membri oħra li jinkludu rappreżentant tal-Bank Ċentrali. Xogħol din it-task force hu li tanaliżża b'reqqa kbira n-nefqa pubblika fl-isfond ta' l-iżbilanċ fil-finanzi tal-Gvern u tagħti pariri lill-Gvern fuq dan. Il-kariga ta' Chief Coordinator 'iet klassifikata kif jixraq fi Grade 2, il-grad li jokkuppa s-Sur Zammit.
Minn dawn il-fatti joħro' ċar li mhux minnu li l-Gvern qiegħed iżomm id-dar lis-Sur Zammit. Is-Sur Zammit 'ie offrut pożizzjoni ta' responsabilit'? kbira li tirrifletti l-grad għoli li għandu s-Sur Zammit b'riżultat tal-promozzjoni li ħa ftit 'ranet biss qabel il-bidla fil-Gvern. Huwa s-Sur Zammit li s'issa għadu m'aċċettax id-dmirijiet li ngħatawlu. Il-fatti juru wkoll li mhux minnu li s-Sur Zammit tkeċċa mill-uffiċċju tiegħu minn xi skrivana Nazzjonalista. Anzi, il-fatti jixhdu kif il-Gvern preżenti ħa ħsieb li s-Sur Zammit ji'i offrut kundizzjonijiet u responsabilitajiet tax-xogħol li jaqblu mal-grad tiegħu.
Is-Sur Emmanuel Camilleri
L-allegazzjoni li s-Sur Emmanuel Camilleri ngħata l-'enb minn din l-Amministrazzjoni hija wkoll falza.
Is-Sur Camilleri kien 'ie seconded bħala Chief Executive Officer tal-MITTS Ltd f'Novembru 1996 minn mal-Ministeru tal-Finanzi, fiż-żmien meta secondments bejn dipartimenti tal-Gvern u kumpaniji parastatali ma kinux qed ji'u approvati. Fit-23 ta' Gunju 1998, il-Ministeru tal-Finanzi ftiehem li jħallas lis-Sur Camilleri Lm25,000 sabiex dan jirtira talba għall-kumpens li kellu kontra l-Gvern. F'Novembru 1998, il-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-MITTS qablu li s-Sur Camilleri għandu jmur lura l-Ministeru tal-Finanzi waqt li għandha toħro' sejħa pubblika għall-post ta Chief Executive Officer. Ta' min jgħid li dan kien l-istess Bord tad-Diretturi li ħatar Dottor Alfred Sant meta kien Prim Ministru. Sadanittant, is-Sur Camilleri nħatar Direttur Ġenerali, Special Projects, fil-Ministeru tal-Finanzi b'effett mit-22 ta' Diċembru 1998.
Wieħed ma jistax jifhem kif ħatra ta' Direttur Ġenerali fil-Ministeru tal-Finanzi tista' titqies bħala mod kif is-Sur Camilleri twarrab fil-'enb.
Is-Sur Michael Sant
L-allegazzjoni li l-Gvern preżenti keċċa lis-Sur Michael Sant, ħu l-mexxej Laburista Dr Alfred Sant, mill-kariga ta' Managing Director ta' Kordin Grain Terminal hija assolutament falza.
Is-Sur Michael Sant kien irriżenja minn mal-Gvern u mill-pożizzjoni ta' Chief Executive Officer ta' Kordin Grain Terminal f'Settembru 1994. Ta' min jinnota li wara l-elezzjoni ta' 1996 huwa 'ie appuntat Chairman ta' Kordin Grain Terminal u hu baqa' jokkupa din il-kariga sakemm ir-riżenja tiegħu 'iet aċċettata fit-2 ta' Jannar.
Wara li rriżenja minn mal-Gvern, is-Sur Michael Sant beda jokkupa pożizzjoni simili ma' kumpanija privata u li fiha l-Gvern m'għandu l-ebda kontroll. Jekk is-Sur Sant tneħħa minn din il-pożizzjoni allura din hija kwistjoni biss bejn is-Sur Michael Sant u l-kumpanija li magħha kien jaħdem.
Is-Sur Alfred Grixti
L-allegazzjoni li s-Sur Alfred Grixti tkeċċa minn ma' l-MDC bhala parti minn pjan maħdum biex ji'u mwarrba uffiċjali pubbliċi li servew lill-Gvern Laburista hija falza kif jixhdu l-fatti li 'ejjin.
Is-Sur Alfred Grixti, Segretarju Edukattiv tal-Partit Laburista, beda jaħdem ma' l-MDC dakinhar stess li xolja l-Parlament, ji'ifieri fit-3 ta' Awissu 1998. Huwa 'ie appuntat bħala Human Resource Development Manager.
F'Jannar 1999, il-Bord tad-Diretturi l-'did ta' l-MDC, iddeċieda li jittermina l-post ta' Human Resource Development Manager peress li nstab li dan il-post ma kienx rilevanti għar-rwol ta' l-MDC iżda din il-kariga hija attenwanti għar-rwol ta' l-ETC. Fis-7 ta' Frar, peress li s-Sur Grixti kien biss seconded ma' l-MDC, hu seta', kif fil-fatt għamel, jirritorna jaħdem mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni.
Minn dan joħro' ċar li s-Sur Grixti spiċċa jaħdem ma' l-MDC sempliċiment għax il-post li kien jokkupa ma baqax jeżisti u għal ebda ra'uni oħra. Il-Gvern preżenti fl-ebda ħin ma daħal jew iddaħħal f'din il-kwistjoni. Ta' min jgħid ukoll li fiż-żmien meta s-Sur Grixti 'ie seconded għal ma' l-MDC, is-secondments bejn dipartimenti tal-Gvern u kumpaniji parastatali ma kinux qed ji'u approvati. Minkejja dan, Dr Alfred Sant, li dak iż-żmien kien Prim Ministru, approva dan is-secondment.
Is-Sur Joe Borg
L-allegazzjonijiet li s-Sur Borg ma baqax jaqdi d-dmirijiet ta' Assistent Personali tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni wara li l-Gvern ipprova jżebilħu u jumiljah ma fihom bażi ta' xejn peress li pożizzjoni mħallsa minn fondi pubbliċi ta' Assistent Personali tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni ma teżistix u qatt ma eżistiet.
Fl-1987, mal-ħatra tieghu bħala Prim Ministru, Dr Eddie Fenech Adami ħa l-inizjattiva li joffri lill-ex Prim Ministru, Dr Karmenu Mifsud Bonnici (il-Kap ta' l-Oppożizzjoni l-'did) is-servizzi ta' karozza u xufier imħallsa mill-Gvern. L-Avukat Mifsud Bonnici m'aċċettax din l-offerta.
Meta Dr Alfred Sant lehaq Kap ta' l-Oppożizzjoni fl-1992, huwa aċċetta din l-offerta hekk kif din 'iet im'edda mill-Prim Ministru Fenech Adami. Minflok ma għażel uffiċjal pubbliku, Dr Sant ħass li kellu jagħżel impjegat tal-Korporazzjoni Telemalta. Dan l-impjegat, is-Sur Joe Borg, fil-fatt ma kienx xufier imma Uffiċjal Professjonali (P.O. IIIA). Dak iż-żmien il-Gvern kien jaċċetta secondments minn mal-parastatali u ghalhekk in-nomina tas-Sur Borg bħala x-xufier tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni 'iet aċċettata, għalkemm b'riservi.
Fl-1993, bħala bidu mill-proċess li jwaqqaf abbużi bħal dawn, il-Gvern neħħa s-secondmentskollha, ħlief għal dawk f'Segretarjati ta' Ministri u Segretarji Parlamentari. Is-Sur Borg kompla fil-kariga qisu kien xufier ta' Ministru jew Segretarju Parlamentari.
Wara l-elezzjonjiet tal-1996, il-Gvern Laburista 'did kompla b'din l-istess policy, ħlief għal xi ftit eċċezzjoniet "magħżula". Tajjeb li wieħed jiftakar li meta Dr Fenech Adami ma baqax Prim Ministru, u sar Kap ta' l-Oppożizzjoni, huwa ngħata karozza u xufier biss. Ix-xufier tiegħu kien jitħallas ta' xufier u ħadd ma ppretenda xi preferenza jew trattament speċjali, kif jidher li qed jippretendi s-Sur Joe Borg. Fil-fatt is-Segretarju ta' Dr Fenech Adami, bħala Kap ta' l-Oppożizzjoni, tħallas mill-fondi tal-Partit Nazzjonalista.
Fl-1998, sabiex titneħħa kull possibilit'? ta' abbuż fis-sistema ta' secondments, u fl-aħjar interessi tat-trasparenza, 'ie deċiz mill-Kabinett Nazzjonalista l-'did li l-EBDA secondment ma jista' jsir, lanqas dawk għal ma' Segretarjati ta' Ministri u Segretarji Parlamentari. Kull min kien f'kumpanija parastatali u 'ie magħżul minn Ministru jew Segretarju Parlamentari kellu jieħu l-leave without pay, u jitħallas skond ix-xogħol 'did li tqabbad jagħmel fis-Segretarjat. B'hekk inħolqot uniformit'? fl-iskali kollha tal-ħlasijiet fis-Segretarjati ta' Ministri u Segretarji Parlamentari. Dan jirriżulta ċar mill-Memorandum tal-Kabinett, approvat f'Settembru 1998, li kopja tieghu tqegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati f'Ottubru 1998. L-istess proċeduri bdew japplikaw ukoll għax-xufier tal-Kap tal-Oppożizzjoni.
'?alhekk huwa ċar li l-pożizzjoni li qed jitlob is-Sur Borg mal-Kap ta' l-Oppożizzjoni fuq bażi ta' secondment mill-Maltacom p.l.c., ma tistax issir għall-istess ra'unijiet li ma setgħux isiru ċerti ħatriet fis-Segretarjati ta' Ministri u Segretarji Parlamentari wara l-elezzjoni ta' Settembru 1998.
Hija kwistjoni personali bejn Dr Alfred Sant u s-Sur Joe Borg jekk dawn il-kundizzjonijiet humiex aċċettabbli għat-tnejn. F'dawn iċ-ċirkostanzi, jekk il-Kap tal-Oppożizzjoni jixtieq li s-Sur Borg jithallas aktar minn dak li hu speċifikat għal post ta' xufier, hemm bzonn isib il-fondi għal dan l-iskop minn entitajiet mhux kontrollati mill-Gvern.
Dawn il-fatti jixhdu kif l-artiklu "Tkompli il-mew'a ta' vendikazzjonijiet...Issa jmiss lil Joe Borg" fih katina ta' nofs veritajiet u tghawwig ta' fatti illi ma fihom l-ebda skop hlief dak li joskuraw lill-Gvern prezenti. Ta' min jinnota wkoll kif il-fatti juru li l-individwi msemmija fl-artiklu kienu kollha, b'xi mod jew iehor, agevolati minn decizzjonijiet li kien ha Gvern Laburista.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN