Stqarrija mill-Ministeru tas-Sahha dwar "Festa Sahha"
Waqt il-konferenza ta' l-ahbarijiet li ndirizza l-bierah, l-ex Ministru tas-Sahha kompla jikkonferma kemm Festa Sahha saret bl-ghaggla u li wasslet biex swiet lill-poplu eluf ta' liri meta din suppost ma swiet xejn.
Fi stqarrija mahruga, l-ex Ministru qal li l-Gvern Laburista kien kommess jaghti importanza lill-qasam tal-Promozzjoni tas-Sahha. Li ma qalx l-ex Ministru hu li l-budget tad-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Sahha matul l-amministrazzjoni precedenti naqas b'50%, u kien biss fl-ewwel budget ta' l-amministrazzjoni prezenti li dan il-vot rega' zdied.
L-ex Ministru qal li din il-festa kienet ilha mahsuba li ser issir sa minn Mejju 1998. Allura ghaliex kif jintqal fir-rapport ta' l-inkjesta l-ewwel preparamenti bdew isiru fit-12 ta' Gunju, propju fl-eqqel tal-krizi politika u fi zmien meta bdiet tinhass elezzjoni generali bikrija?
L-ex Ministru l-bierah kompla juri il-fatti kif jaqbel lilu. Il-bierah qal li din l-attivita' kellha tiswa ftit li xejn. Dan mhux minnu. Din l-attvit'? skond ittra miktuba fit-18 ta' Gunju kellha tkun "zero financed" mhux talli hekk imma kien ukoll il-hsieb li jkun hemm xi qligh li jghaddu fil-fondi pubblici.
Hrafa ohra hi li l-isponsors irtiraw minhabba l-elezzjoni generali. Fil-file relatat ma' Festa Sahha ma hemm l-ebda konferma minn xi sponsor li accetta li jiehu sehem f'din l-attivit'?. Il-verit'? hi wahda, veru sar tentattiv ghal sponsors imma z-zmien biex tkun organizzata din l-attivit'? kien qasir wisq. Tant ma nstabux sponsors li sejha ghalihom saret kemm fit-12 ta' Gunju kif ukoll fid-9 ta' Lulju. Kieku din il-festa kienet verament ippjanata minn qabel, ghaliex kien biss xahrejn qabel li bdew jigu kuntattjati l-isponsors, il-kazini tal-baned, il-Kunsill Lokali u l-ghaqdiet volontarji? Xhieda ta' dan huma l-ittri li hemm fil-file relatat ma' Festa Sahha u whud minnhom kienu pubblikati fir-rapport ta' l-inkjesta.
L-ex Ministru ghal darba ohra rega' evita li jitkellem fuq skandli ohra li sehhew fil-ministeru tieghu matul l-amministrazzjoni precedenti. Lanqas tkellem dwar ksur ta' kodici ta' etika ta' impjegat tas-segretarjat tieghu waqt din il-festa li rcieva Lm250.
Il-verit'? dwar Festa Sahha kienet u ghadha li l-ex Ministru ma jridx jerfa' r-responsabilta' tan-nuqqasijiet li saru biex kienet organizzata din l-attivit'?. Issa wasal ukoll biex decizjoni fuq direct order jipprova jitfaghha fuq spallejn haddiehor.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN