Irregolaritajiet fil-Ministeru tas-Sahha matul l-amministrazzjoni precedenti
Ir-rapport ta' l-inkjesta dwar "Festa Sahha", li tpogga l-bierah fuq il-mejda tal-Kamra tad-Deputati mill-Ministru tas-Sahha l-Onor Louis Deguara, ikompli jikkonferma l-ghadd ta' irregolaritajiet li sehhew fil-Ministeru tas-Sahha matul l-Amministrazzjoni precedenti.
Dan ir-rapport mhux biss jikkonferma nefqa ta' Lm20,000 biex saret din il-festa meta suppost ma kienet tiswa xejn, imma wkoll li kien hemm impjegat fil-Ministeru tas-Sahha li kiser il-Kodici ta' l-Etika tal-Haddiema tas-Settur Pubbliku u rcieva s-somma ta' Lm250.
Ir-rapport huwa wkoll certifikat ta' hela ta' flus il-poplu fi zmien meta l-poplu kien qed ikun mitlub biex jissikka c-cinturin u jhallas taxxi anti-socjali u kontijiet esagerati tad-dawl u l-ilma.
Sal-lum hu maghruf li fil-Ministeru tas-Sahha matul l-ahhar sentejn kien hemm abbuz serju fl-ezamijiet tal-Paramedic Aides; kien hemm abbuz f'overtime fil-Customer Care Unit; kien hemm abbuz f'overtime biex kien jinsaq il-mobile blood donor unit; intefqu b'aktar minn Lm1,800 f'xorb, l-aktar dak alkoholiku; kien hemm infiq esagerat f'safriet ministerjali; kien hemm impjegati tal-Ministeru li hadu flus li ma kinux intitolati ghalihom; kien hemm nefqa ta' aktar minn Lm6,000 f'telefonati fuq mobile phones; u, sal-lum, la l-Oppozizzjoni u wisq anqas l-ex Ministru tas-Sahha ma refghu r-responsabbilt'? ta' dawn l-abbuzi.
Wara li dawn l-abbuzi telghu mhux biss fil-wicc, imma kienu wkoll verifikati, ma jibqa' l-ebda triq ohra hlief li l-ex Ministru tas-Sahha, li llum huwa l-kelliem ewlieni ta' l-Oppozizzjoni dwar is-Sahha, jaghti spjegazzjoni ghall-irregolaritajiet kollha li sehhew fil-Ministeru li ghalih kien responsabbli.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN