Il-Grupp Parlamentari Laburista jwarrab opportunita' biex jintlahaq qbil dwar in-nomina ta' President
PR0162
08/02/1999
Il-Prim Ministru gie infurmat illum filghaxija mill-Kap ta' l-Oppozizzjoni, l-Onor Alfred Sant, li l-Grupp Parlamentari Laburista ma accettax il-proposta maghmula mill-Prim Ministru fil-11 ta' Jannar 1999 li jkun hemm qbil fuq in-nomina tal-President gdid, billi tigi emendata l-Kostituzzjoni.
Il-fatti huma dawn:
- Fl-ewwel ta' Jannar, fl-okkazjoni ta' l-iskambju ta' l-awguri, kemm il-Prim Ministru kif ukoll il-Kap ta' l-Oppozizzjoni esprimew l-apprezzament taghhom ghall-mod impekkabbli kif qeda d-doveri tieghu f'kull cirkostanza il-President attwali, l-Eccelenza Tieghu Dottor Ugo Mifsud Bonnici.
- Fil-laqgha tal-Kabinett tal-11 ta' Jannar, giet diskussa n-nomina ta' President ta' Malta u gie deciz li ghandu jsir tentattiv biex ikun hemm qbil fuq persuna. Il-Prim Ministru qal li jidher li l-President ta' Malta attwali ghandu l-fiducja ta' kulhadd, izda kien hemm l-ostakolu ta' l-artiklu 123(2) tal-Kostituzzjoni li ma jippermettix li l-istess persuna tigi nominata President ghal darb' ohra.
- Ghalhekk, il-Prim Ministru ssuggerixxa, u l-Kabinett qabel, li tigi proposta emenda kostituzzjonali biex President jista' jigi nominat mill-gdid basta jkun hemm maggoranza ta' zewg terzi tal-Kamra tad-Deputati li taqbel dwar it-tieni nomina.
- Saret laqgha bejn il-Prim Ministru u l-Kap ta' l-Oppozizzjoni dakinhar stess. Il-Kap ta' l-Oppozizzjoni talab zmien biex il-Partit tieghu jikkonsidra din il-proposta, u l-Grupp Parlamentari Laburista illum hareg stqarrija li ma jaqbilx mal-proposta.
Il-Prim Ministru huwa dizappuntat b'din id-decizjoni li twarrab l-opportunita' biex jintlahaq qbil dwar in-nomina tal-President.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN