Left arrow Mur Lura

Kummissjoni Nazzjonali ghar-Riforma tas-Sahha Mentali

PR0161
Date Icon 08/02/1999

Il-Ministeru tas-Sahha jinsab sorpriz kif l-Oppozizzjoni Laburista ma accettatx li tinnomina membru min-naha taghha fuq il-Kummissjoni Nazzjonali ghar-Riforma tas-Sahha Mentali, dan wara li l-istess Oppozizzjoni ma sabet l-ebda oggezzjoni biex tinnomina lil Helena Dalli fin-National Breast Screening Advisory Board.

L-intenzjoni tal-Ministru tas-Sahha kienet li fil-qasam tas-sahha jkun hemm kontinwazzjoni fl-izviluppi li jsehhu u mhux kull darba li jkun hemm bidla fl-amministrazzjoni jkun hemm bidla wkoll fil-politika tal-qasam tas-sahha.

Il-Ministeru qed jippubblika z-zewg ittri li baghat lill-Oppozizzjoni u fihom jidher car l-intenzjoni pozittiva tal-Gvern li jzomm il-politika partigjana 'il boghod mill-qasam tas-sahha. Sfortunatament mhux hekk qed taghmel l-Oppozizzjoni. Minhabba l-isforz ta' l-Oppozizzjoni biex itellef dak kollu li qed isir, l-istess Oppozizzjoni ma rrealizzatx li fl-istess Kummissjoni hemm disa' membri li kienu nominati mill-amministrazzjoni precedenti u ghalhekk zgur li hemm qbil dwarhom.

Kif diga habbar il-Ministru tas-Sahha, Louis Deguara, l-invit lill-Oppozizzjoni biex tinnomina membru f'din il-Kummissjoni ghadu miftuh.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow