Left arrow Go Back

Il-Karnival t'Ghawdex 1999

PR0160
Date Icon 08/02/1999

Il-Kumitat Festi Nazzjonali u Popolari fi hdan il-Ministeru ghal Ghawdex ihabbar illi l-Karnival ta' Ghawdex ser jigi organizzat bejn il-Gimgha 12 ta' Frar u t-Tlieta 16 ta' Frar, 1999.

F'dan il-Karnival ser jkun hemm 38 item li jinkludu Karrijiet Trijonfali, Maskli Grotteski, kategorija "Kompetizzjoni Zfin bil-Kostum", kif ukoll zfin bil-partecipazzjoni ta' tfal ta' l-iskola.

Nhar il-Gimgha, 5 ta' Frar 1999, il-Ministru ghal Ghawdex, l-Onorevoli Giovanna Debono, qassmet ghotjiet ta' flus, li jammontaw madwar Lm4,000, lil kumpaniji u skejjel li se jtellghu spettakli u karrijiet trijonfali. Dawn l-ghotjiet huma ta' ghajnuna fil-preparazzjonijiet taghhom ghall-Karnival 1999 gewwa Ghawdex.

Fil-Karnival tat-tfal f'Ghawdex, li din is-sena ser isir nhar il-Gimgha 12 ta' Frar fil-Kumpless Sportiv, ser jiehdu sehem madwar sbatax-il skola. Ser jiehu sehem ukoll il-grupp barrani ‘Presov Majorettes and Brass Band' minn Presov fir-Repubblika Slovakka. Fit-tliet ‘defiles' ewlenin li jsiru minn Triq Fortunato Mizzi ghal Pjazza Indipendenza ser jiehdu sehem ukoll hames baned Ghawdxin.

Il-Programm tal-Karnival t'Ghawdex minbarra l-attivitajiet centrali li jsiru fil-Belt Victoria, jinkludi wkoll numru ta' attivitajiet ohra li jsiru f'diversi irhula ohra tal-gzira.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow