Il-Ministeru tas-Sahha jwiegeb artiklu fil-"Kullhadd"
B'riferenza ghall-artiklu "Ta' Deguara Preferuti" li deher fil-gurnal Kullhadd tas-7 ta' Frar, 1999, il-Ministeru tas-Sahha jinsab sorpriz kif permess ghal pompa tal-petrol li nhareg fi zmien l-Amministrazzjoni Laburista, dan il-gurnal qed jghid li nhareg mal-bidla fil-Gvern, f'Settembru li ghadda.
Il-Kullhadd qal li l-ex xufier tal-Ministru tas-Sahha, Dr Louis Deguara, nghata permess wara l-Elezzjoni Generali li ghaddiet biex ikun jista' jiftah pompa tal-petrol fix-Xwieki.
Il-verit'? hi li l-permess biex il-persuna msemmija tibni din il-pompa hareg fi zmien l-Amministrazzjoni precedenti meta l-Korporazzjoni Enemalta kienet taqa' that id-dekasteru ta' l-ex Ministru s-Sur Leo Brincat.
Il-Kullhadd messu jkun jaf aktar dwar dan ghax il-gimgha li ghaddiet din l-informazzjoni nghatat fil-Parlament meta l-Onor Leo Brincat ghamel mistoqsija lill-Ministru Josef Bonnici li wiegeb:
" ..ma nhareg l-ebda permess gdid. Li sar kien li gie trasferit permess minn pompa ga' ezistenti f'lokalita' ohra ghall-post imsemmi mill-Onor. Interpellent (Leo Brincat). Dan il-permess inhareg fi zmien li l-Enemalta kienet tifforma parti mid-dekasteru ta' l-Onor. Interpellant meta kien Ministru."
Ghalhekk, il-Ministru tas-Sahha qed jirriserva d-dritt li jiehu l-passi kollha provduti mil-ligi biex din il-gidba minn il-Kullhadd tkun rimedjata.
Illum kulhadd jaf min kienu l-preferuti. Kienu dawk li fi zmien l-Amministrazzjoni precedenti ghamlu eluf ta' liri f'overtime. Preferut kien impjegat li, minkejja li mhux suppost, kien thallas talli kien membru fil-kumitat ta' tmexxija ta' l-Isptar Zammit Clapp. Preferut kien impjegat iehor li ircieva Lm250 talli ha sehem waqt Festa Sahha u dan minkejja li kien hemm ksur tal-Kodici ta' l-Etika ta' l-Impjegati tas-Servizz Pubbliku. Preferuti bla dubju kienu dawk li minhabba fihom illum hemm mijiet ohra li huma mcahhda milli jkunu impjegati bhala Paramedic Aides, u dan minhabba li bhalissa ghaddejja kawza fil-Qrati.
Din l-informazzjoni l-Kullhadd qatt ma ghaddieha lill-qarrejja tieghu.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN